Sport Sport Ieħor

Snooker – Kampjonat Ewropew Albena – Bulgarija: Alex Borg jikkwalifka filwaqt li Arthur Cachia eliminat

Illum waqt is-sitt jum tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li qed isir f’Albena, l-Bulgarija lqed titkompla l-kompetizzjoni tas-6 Reds fejn bdiet il-parti tan-knock out.

Fl-ewwel sessjoni tal-lum kellna lil Alex Borg ikompli javvanża iżda sfortunatament Arthur Cachia ġie eliminat.

L-ewwel l-logħba ta’ kwalifikazzjoni għal Alex Borg kienet mir-round tal-aħħar 32 fejn huwa bir-rebħa ta’ 4-0 li wettaq kontra l-Iskoċċiż Lee McAllister qata’ passaġġ ma’ l-aħħar is-sittax waqt din il-kompetizzjoni.

Għalkemm ir-riżultat jidher li kien wieħed mingħajr wisq diffikultà għal Borg, l-aħħar żewġ frames kienu ferm viċin u setgħu marru kull naħa.

Minn naħa tiegħu Arthur Cachia ġie eliminat minn knock out preliminari ta’ qabel l-aħħar 32.
Huwa tilef kontra l-Polakk Pavel Rogoza 4-1. Kien Cachia li mar fil-vantaġġ wara l-ewwel frame iżda l-Polakk kien preċiż fil-frames l-oħra kollha u ma ta l-ebda ċans lill-Malti jerġa jidħol fil-logħba, tant li fit-tieni u tielet frames għamel breaks ta’ 53 punt u 50 punt rispettivament.

Issa Alex Borg jilgħab l-fażi tal-aħħar 16, aktar tard illum, fil-5pm ħin ta’ Malta kontra l-Ingliż Gary Milne.