Internazzjonali

Trump b’37 akkuża b’rabta ma’ dokumenti klassifikati

Ritratt: Sky News

L-akkużi fil-konfront tal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump issa huma 37. Dan hekk kif l-eks President żamm dokumenti klassifikati f’diversi postijiet fir-residenza tiegħu fi Florida; fosthom f’kamra tal-banju, maħżen, uffiċċju, kif ukoll f’kamra tas-sodda.

Trump qed ikun akkużat li perikola l-pajjiż b’sigrieti sensittivi bħal dettalji dwar il-programmi tal-armi nukleari tal-Istati Uniti, kif ukoll pjani relatati ma’ attakk militari. Din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-Istati Uniti li eks President qed jaffaċċja akkużi kriminali fuq livell federali.

Trump jista’ potenzjalment jaffaċċja priġunerija jekk jinstab ħati…bl-akkuża ta’ tfixkil tal-ġustizzja ġġorr l-ogħla piena sa massimu ta’ 20 sena.