Ħames ħaddiema tilfu ħajjithom wara splużjoni li seħħet f’fabbrika mimlija splussivi fit-Turkija.
L-inċident seħħ f’fabbrika fid-distrett ta’ Elmadag qrib Ankara. Fil-post inġabru membri tal-familja tal-ħaddiema. Barra minn hekk, intbagħtu ambulanzi u pumpiera sabiex jassistu.
Il-kawża tal-isplużjoni hija maħsuba li hija reazzjoni kimika iżda għadha għaddejja investigazzjoni.
Rapporti qalu li l-isplużjoni tant kienet qawwija li kissret it-twieqi fi ħwienet u djar li jinsabu qrib din il-fabbrika.
Il-fabbrika hija responsabbli għall-manifattura tal-missili għall-Forzi Armati Torok u l-Ministeru tal-Affarijiet Interni.
//= $special ?>