Il-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista tan-Naxxar awgura lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’għeluq sninu hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa proprju fit-8 ta’ Ġunju, Bernard Grech iċċelebra 52 sena.
Għaldaqstant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien ippreżentat b’kejk għall-okkażjoni wara l-attività politika tal-Ħadd li ġiet organizzata proprju fil-Każin Nazzjonalista tan-Naxxar.
