Lokali

“Il-PN ser jibqa’ jaħdem sabiex joffri serħan il-moħħ, rispett u dinjità lill-anzjani tagħna”

“Fi żmienijiet daqstant difficli f’ħajjitna – għandna Gvern arrogati li mhux jisma lil dawk li qed ibatu fis-silenzju inħossni fid-dover li l-PN qiegħed magħkom – il-PN kien, għadu u ser jibqa l-leħen tagħkom. IL-PN kien u għadu il-partit li jiddefendi lil kull min qiegħed ibati inġustizzja soċjali – Għaldaqstant, l-anjzan kien, ghadu u ser jibqa fiċ-ċentru tal-politika tiegħu”

Hekk sostniet il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-anzjanità attiva Paula Mifsud Bonnici, f’attività politika li saret fin-Naxxar, fejn tkelmet dwar it-trattament li qiegħed jingħata lill-anzjani li fl-aħħar jiem kellhom jiċċaqalqu mill-Isptar Boffa għall-isptar Mater Dei b’mod urġenti minħabba ħsarat fis-soqfa.

Kawża ta’ dan, l-anzjani spiċċaw ittieħdu l-Isptar Mater Dei – propju f’MIU 6 –  Il-post fejn sa żmien ilu kien jintuża bħala canteen tal-Isptar .. iżda issa inbidel f’sala permanenti, fejn qed jinżammu dawn l-anzjani – Sala mingħajr siġġijiet u lanqas pultruni. Dan apparti li l-anzjani lanqas għandhom fejn jieklu.

Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici esprimiet solidarjetà mal-anzjani li jinsabu residenti fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla li hemm uħud ilhom snin twal jgħixu f’din id-dar .. iżda issa minħabba d-deċizzjoni mingħajr ħsieb tal-Gvern ta’ Abela .. sal-aħħar tax-xahar dawn l-anżjani ser ikollhom jinħarġu kollha ‘l barra minn din ir-residenza .. mingħajr ebda konferma konkreta ta’ fejn sejrin joqgħodu.

Paula Mifsud Bonnici saħqet li l-Gvern ta’ Abela  m’għandu l-ebda interess li jkun jaf min huwa responsabbli wara dak li huwa qed isejjaħ bini perikoluż – b’referenza għar-Residenza tal-Anzjani f’Bormla –  Dan wara li l-Ministru responsabbli mill-Anzjani JoEtienne Abela fl-aħħar jiem informa lill-anzjani u lil qrabathom li se jkun qiegħed iwaqqa’ din id-Dar.

Għad-differenża tal-Gvern Paula Mifsud Bonnici saħqet li il-PN jemmen bis-sħiħ li l-anzjani għandhom jiddecidu huma għalihom infushom, u il-PN huwa l-unika partit li qed joffri tama u vizjoni. Għaldaqstant, il-PN ser jibqa’ jaħdem sabiex joffri  kwalita ta’ ħajja aħjar, serħan il-moħħ, rispett u dinjità lill-anzjani tagħna.

Intant … din il-ġimgħa, kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll l-MEP u eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant – appellawlu sabiex isejjaħ inkjesta ħalli jiġi determinat min se jkun qiegħed jerfa’ responsabbiltà għall-problemi strutturali li hemm f’din il-binja; problemi li tant huma serji li l-Ministru jrid jeqred għal kollox din id-Dar u jibniha mill-ġdid.