Fl-aħħar sigħat, ‘il hinn mill-Eġittu, kienet għaddejja tfittxija għal tliet turisti Britanniċi li ma dehrux aktar wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nħakmet mill-fjammi waqt li kienet ftit ‘il barra mill-kosta ta’ Marsa Alam.
B’kollox kienu salvati 26 persuna mid-dgħajsa li fil-ħin tal-inċident kien qed jikkonkludi dive cruise ta’ diversi jiem fil-Baħar l-Aħmar. Qed jingħad li n-nirien seħħew mill-ħsarat fis-sistema tal-elettriku tad-dgħajsa li telqet minn Port Ghalib fis-sitta ta’ Ġunju u li kienet qed tirritorna lura fil-port proprju llum.
Jidher li abbord kien hemm 15-il passiġġier Britanniku flimkien ma’ ekwipaġġ ta’ 12 – bl-Uffiċċju għall-Prosekuzzjoni Pubbliku tal-Eġittu qed jinvestiga ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-inċident.
//= $special ?>