Novak Djokovic rebaħ ir-Roland Garros u t-23 Grand Slam fil-karriera tiegħu meta fil-finali għeleb lin-Norveġiż Casper Ruud 7-6, 6-3, 7-5. B’dan it-titlu Djokovic qabeż lil Rafael Nadal biex sar l-aktar tennista li rebaħ Grand Slams fil-karriera tiegħu.
Is-Serb ta’ 36 sena sar ukoll l-uniku tennista li rebaħ l-erba’ Grand Slams tal-inqas tliet darbiet. Fost is-suċċessi ta’ Djokovic, is-Serb qatta’ xejn inqas minn 387 ġimgħa fl-ewwel post tar-rankings tal-ATP fejn rebaħ 10 darbiet l-Open tal-Awstralja, seba’ darbiet Wimbledon, tliet darbiet l-Open tal-Istati Uniti u tliet darbiet ir-Roland Garros.
//= $special ?>