GSSE Malta 2023 Sport

Sport Extra: Wara s-suċċess fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar : MALTA 2023

Fis-29 programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘il quddiem fuq Net Television enfażi dwar l-edizzjoni MALTA 2023 tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li għadhom kemm intemmu b’suċċess f’pajjiżna.

Flimkien ma siltiet minn dak li seħħ fid-19-il edizzjoni tal-Logħob, fl-ewwel parti tal-programm, mistiedna Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti kif wkoll Charlene Attard, Direttur tal-isport tal-KOM. Magħhom Charles Camenzuli ddiskuta minn diversi aspetti x’wassal biex din l-edizzjoni kienet suċċess għal Team Malta.

Fit-tieni parti b’rabta mal-istess Logħob, intervista ma’ Mark Cutajar Chairman tal-Kumitat Organizattiv tal-Logħob li kien parti integrali fid-diversi aspetti organizattivi marbuta ma’ Malta 2023

Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech