Verona żammew posthom fis-Serie A hekk kif fil-playoff tar-relegazzjoni huma għelbu lil Spezia bl-iskor ta’ 3-1. Verona u Spezia temmew bl-istess punti, 31 punt, fit-18-il post tal-klassifika, fejn sforzaw dan id-decider. B’hekk Spezia sfaw relegati għas-Serie B.
Verona marru fil-vantaġġ ħames minuti mill-ftuħ tal-partita metea Darko Lazovic żmarka lil Davide Faraoni li xeħet fix-xibka għal 1-0. Ethan Ampadu kiseb id-draw għal Spezia fil-15-il minuta qabel 10 minuti wara kien Cyril Ngonge li reġa’ poġġa’ lil Verona fil-vantaġġ. Fi-38 minuta Verona skorjaw it-tielet gowl tagħhom fejn reġa’ kien Ngonge li kkonkluda fix-xibka. Fit-tieni taqsima Verona spiċċaw jilgħabu b’10 plejers meta tkeċċa għalihom Davide Faraoni. Spezia setgħu daħlu fil-partita mas-70 minuta meta M’bala Nzola ma rnexxielux jixħet fix-xibka mill-ħdax-il metru.
