Lokali

Żagħżugħ ta’ 18-il sena rrappurtat nieqes

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku hekk kif Kurt Muscat, żagħżugħ ta’ 18-il sena ġie rrappurtat nieqes.

Kelliema għall-Pulizija spjegaw li l-ġuvni jifrekwenta l-akwati ta’ San Ġiljan.

Kull min għandu xi informazzjoni dwaru jista’ jgħaddiha lill-Pulizija anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001/ 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.