Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li l-gvern m’għandu l-eda pjan dwar il-produzzjoni tal-ilma u ż-żieda straordinarja fil-popolazzjoni.
Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-2023, Ivan Castillo qal li l-gvern għandu jiddeċiedi liema pjan se jaddatta fl-iżvilupp tal-popolazzjoni fejn il-Ministru Clyde Caruana qed jgħid li l-pajjiż għandu jibdel il-mudell ekonomiku, il-Ministru Silvio Schembri qed jgħid li dna il-mudell għadu jkun mibdul ftit u l-Prim Ministru Robert Abela qed jgħid li l-mudell ekonomiku għandu jkun sostnut.
Id-deputat Nazzjonalist qal li jeħtieġ li ma jibqax jintrema’ d-drenaġġ fil-baħar kif sar fiż-żona ta’ ‘Iċ-Ċumnija’. Hu sostna li l-WSC kienet qalet li trid atgħti prijorità lidan is-settur u kompla li l-infrastruttura tal-pajjiż għandha bżonn finanzjarji serji. Jeħtieġ jittieħdu deċiżjonijiet immedjati għaliex din il-problema ilha ġejja madwar sentejn u nofs.
Ivan Castillotkellem dwar l-ilma tat-tieni klassi u qal li dan hu proġett tajjeb mibni minn Gvern Nazzjonalista u miegħu jġib diversi inkonvinjenti partikolarment meta xogħlijiet tat-toroq qed idumu xhur twal u snin biex jtlewes. Dan qed iġib diffikultajiet kbar għall-bdiewa.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm bdiewa li għadhom aċċess għall-ilma tat-tieni klassi waqt li oħra m’għandhomx dan l-aċċess. Dawn qed ikollhom jużaw il-boreholes bi spejjeż kbar ta’ madwar €3,000 fis-sena.
Rapport internazzjonali juri Malta hi wieħed mill-iktar pajjiżi fl-UE li għandhom qtugħ tal-ilma minħabba domanda ikbar minn dak li jista’ jissupplixxi l-pajjiż. Dan juri li l-ajjiż ma kienx ppreparat għad-domanda tal-ilma. Jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, partikolarment dawk li jaħdmu fit-toroq. Dan qed iwassal biex it-toroq li jkunu saru fil-fatt jerġgħu jinqalgħu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm rapporti li se jinbidel id-drenaġġ fit-Telgħa tax-Xemxija u appella biex jinħolqu alternattviii ta’ rotot għat-traffiku kif sar fil-passat. Hemm sitwazzjoni fejn hemm problemi fl-ilma tal-pjan li mhux jintuża biss għall-emerġenza, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-ilma tal-pjan qed jinqered għaliex qed jinbnew ħafna żoni agrikoli.
//= $special ?>