Il-jott Solaris 42 Unica ta’ Jamie Sammut rebaħ id-disa’ edizzjoni ta’ Solaris Cup f’Porto Rotondo, Sardinja.
Is-Solaris Cup hija avveniment annwali, li din is-sena ċċelebrat id-disa’ edizzjoni tagħha. Avveniment li jlaqqa’ jottijiet Solaris f’Sardinja u tattira flotta kbira għal numru ta’ tlielaq kompetittivi. Unica ilha tikkompeti b’mod regolari f’dan l-avveniment, fejn rebħet it-trofew prestiġjuż għal sitt darbiet. Din is-sena l-flotta Solaris kienet tikkonsisti minn 58 jott, li varjaw bejn 37 u 111-il pied.
Minħabba li Unica nqabdet bejn jottijiet ikbar, ma tantx kellha bidu tajjeb, iżda, minkejja dan, is-snin ta’ esperjenza raw lill-ekwipaġġ immexxi minn Jamie Sammut, jtejbu il-veloċità tagħhom u fetħu fuq quddiem. It-tlielaq f’riħ ħafif jirrikjedu ħafna tattika, l-aktar f’Porto Rotondo fejn b’deċiżjonijiet tajba temmew l-ewwel tellieq fl-ewwel post. It-tieni tellieqa rat kundizzjonijiet ta’ temp simili, meqjusa bħala ideali għad-dgħajjes il-kbar.
Il-flotta nqasmet fi tnejn bi grupp wieħed jersaq viċin l-art filwaqt li l-ieħor għażel li jmur lejn l-baħar miftuħ. Deċiżjoni ta’ Unica li tibqa’ qrib l-art swiethom għaxar postijiet iżda l-esperjenza għenet biex isibu riħ tajjeb. Dwell ma’ Solaris 62 Doug rathom jissieltu għal-ewwel post, b’rebħa assoluta tkun ikkonfermata.
L-ekwipaġġ ta’ Unica hu magħmul mis-sid u l-kaptan Jamie Sammut flimkien ma’ Michael Albanozzo, John Cachia, Aaron Gauci, Bradshaw Kellet, Alan Sammut, Alex Sant Fournier, u Gordon Schembri.
//= $special ?>