Madwar 13,000 prsuna fil-Grigal tal-Filippini spiċċaw evakwati minn diversi zoni wara li bdiet tiżbroffa l-lava mill-vulkan ta’ Mayon, fil-penisola ta’ Bicol, u li hu l-aktar vulkan famuż f’dan il-pajjiż.
Iz-zona ta’ periklu kienet indikata madwar zona ta’ sitt kilometri, bir-residenti jkunu kostretti li jaħarbu minn djarhom u jsibu kenn qalb ix-xelters.
Il-vulkan, fil-fatt, kien ilu jtella’ l-lava mill-aħħar tal-ġimgħa l-oħra, bl-evakwazzjonijiet iseħħu wara li intensifikat l-attività vulkanika, fost it-twissijiet urġenti tal-awtoritajiet lokali.
Mistenni li aktar nies ikunu evakwati mill-inħawi f’każ li l-vulkan ikompi jtella’ il-lava, b’numru ta’ esperti, jew vulkonoloġisti, qed isegwu b’attenzjoni l-iżviluppi relatati ma’ Mayon.
Dan meta l-iżbroffaturi ma kenux wisq ‘il bogħod minn xi ‘splużjoni kbira u katastrofika’ ta’ lava – għalkemm kien hemm anki possibbiltà li l-attività tal-vulkan setgħet stabilizzat fl-aħħar sigħat.
//= $special ?>