Mark Anthony Sammut, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthny Sammut qal fil-parlament li mill-Oppożizzjoni, il-PN qed ikun effettiv biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) tirrifondi lura ħlasijiet żejda li jkunu saru fil-kontijiet.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-WSC għall-2023, Mark Anthony Sammut qal li l-ilma hi riżorsa skarsa fil-pajjiż iżda essenzjali u kompla li l-pajjiż m’għandux jibqa’ jibbaża biss fuq ir-reverse osmis. Hu semma’ l-ilma tax-xita u qal li għandu jsir spezzjonar biex l-ilma ta’ fuq il-bjut ma jintefax fis-sistema tad-drenaġġ.
Id-deputat Nazzjonalista qal li ż-żieda fil-popolazzjoni qed toħloq problema infrastrutturali għaliex is-sistema ma kinitx maħduma għal dawn l-ammonti kbar ta’ nies. Il-pajjiż qed isofri n-nuqqas ta’ investiment mill-gvern fl-infrstruttura.
Hu qal li waqt li l-pajjiż iżid id-dejn, il-Ministru Dalli tonfoq €500,000 f’konsulenzi bi ksur tal-linji gwida maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fost dawn il-konsulenzi hemm dwk lil canvassers tal-Ministru Dalli, lil sindki Laburisti u anki lil ġurnalisti li jaħdmu mal-One.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jirriżulta li 26% tal-persuni impjegati fil-ministeru huma mid-distretti li l-Ministru Dalli tikkontesta. Issa anki n-nisa u l-iġriel ta’ ministri qed jitpoġġew fuq bordijiet differenti. Hu qal li l-Ministru Dalli appuntat anki lill-mara tal-Ministru Roderick Galdes fil-Bord tal-Wasteserv.
Mark Anthony Sammut qal li dawn il-ħatriet ma jsirux minħabba kapaċitajiet tal-individwi iżda huma biss mod kif isiru l-abbużi. Hu fakkar kif il-wiegħda Laburista tal-meritokrazija issa spiċċat.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li sal-2021, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet timpjega 1,200 persuna, li niżlu għal 1,030 persuna. Hu semma’ ż-żieda fenominali ta’ ħaddiema li ddaħħlu qabel l- elezzjoni u qal li l-persuni li ddaħħlu ma kinux dawk li kien hemm bżonn iżda ddaħħlu biex isiru l-pjaċiri. Issa l-korporazzjoni qed tipprova ssewwi l-iżbalji li saru u għalhekk in-numru ta’ ħaddiema naqsu.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li fil-kontijiet llum hemm aġġustament fejn jekk iċ-ċittadin jkun ħallas b’rata ogħlja; dan hu mod li juri kif il-PN qed ikun effettiv mill-Oppożizzjoni biex in-nies ma jinsterqux u jieħu lura l-ammonti żejda li jkunu ħallsu għaleix kien il-PN li insista fuq dan. Il-PN se jibqa’ jagħmlu f’dibersi kwistjonijiet kif għamel fil-kwistjoni tal-isptarijiet biex issa l-poplu jieħu lrua l-€400 miljun li kien iffrodat, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>