Futbol Sport

Imtella’ b’suċċess it-12-il edizzjoni tal-Goalkeeper Battle Malta

187 goalkeeper ħadu sehem fit-12-il edizzjoni tal-Goalkeeper Battle Malta. F’jumejn ta’ kompetizzjoni li saret fil-ground ta’ San Ġwann, fost dawk li ħadu sehem saħansitra goalkeepers mill-Italja, Polonja, Russja, Gabon, Bulgarija, Ġappun, Serbija u Ingilterra.

Minn din l-edizzjoni tnediet il-kategorija għall-aktar klabb li permezz tal-partecipanti tiegħu jkun akkumula l-akbar ammont ta’ punti. Din il-kategorija ntrebħet minn Hibernians bi 12-il punt segwiti minn Żabbar b’ 6 punti u Mġarr b’4 punti.

B’kollox 18-il klabb ikkwalifikaw għal din il-kategorija. Ir-rebbieħa fid-diversi kategoriji kienu : Tfajliet taħt il-15 il-sena: Katelyn Camilleri – Sirens, Tfajliet seniors : Maria Debono – Mġarr, Subien taħt il-15 il-sena : Craig Sultana – Hibernians, Subien taħt is-17-il sena: Tyron Bonello – Żabbar.

Il-kategoriji ta’ taħt id-9 snin, 11-il sena u 13-il sena intrebħu rispettivament minn Jan Pizzuto – Hibernians, Matteo Cardona – Balzan , Maief Bogocz – Polonja.

Il-Kategorija taħt id-19-il sena intrebħet minn Isaak Abela ta’ Zejtun filwaqt li Jonathan Grech ta’ Żabbar rebaħ il-kategorija Seniors.

Bħall-edizzjonijiet imgħoddija, Goalkeeper Battle Malta kienet organizzata mill-eks goalkeepers Simon Grech u Mario Muscat.