Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi.
Is-senatur Taljan miet l-Isptar, imdawwar bit-tfal tiegħu, wara li kien ġie rikoverat nhar il-Ġimgħa.
Il-Mexxej tal-Partit Forza Italia jibqa’ imfakkar mhux biss għall-gvernijiet li mexxa, iżda anke għall-imperu li bena fil-qasam tax-xandir, u anke l-involviment tiegħu fil-futbol.
Berlusconi kellu 86 sena.

Il-Partit Nazzjnalista jsellem il-memorja ta Silvio Berlusconi
Il-Kap tal-PN Bernard Grech stqarr fuq Twitter illi Berlusconi ma kienx biss mexxej politiku, iżda kien ukoll ħabib kbir ta’ Malta.
Il-Partit Nazzjnalista sellem lil Berlusconi bħala persuna li ħadem u stinka sabiex ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja jkomplu jissaħħu tul is-snin – politiku li mill-bidu appoġġja lill-pajjiżna fi triq tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u anke wara l-istess sħubija baqa’ persistenti fl-appoġġ tiegħu lejn pajjiżna.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-PN Beppe Fenech Adami, il-Parrit Nazzjnaliasta wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Silvio Belusconi u lill-poplu Taljan f’dan il-mument.



