Lokali Qorti

Ġuri fuq qtil ta’ raġel li qatt ma nstab mill-2005 – il-vittma kien iġorr miegħu pistola f’ pouch għax kien imbeżża’

Raġel ta’ 48 sena minn Marsascala li f’Ottubru ta’ 2005 għeb kien iġorr miegħu pistola minħabba li kien imbeżża’ u li kien qed ikun mhedded. Minn informazzjoni kunfidenzjali li kellha l-Pulizija Albert Brian Rosso kien inqatel f’garaxx ta’ Anthony Bugeja fejn minkejja li l-art kienet maħsula nstabu xi traċċi ta’ demm.

Dan ħareġ mix-xhieda tas-Supretendent Louise Callejja fil-ġuri ta’ żewġt irġiel, Malti u Taljan akkużati bil-qtil ta’ Albert Brian Rosso 18-il sena. Calleja kienet l-ewwel xhud dalgħodu hekk kif Anthony Bugeja ta’ 55 sena minn Marsaxlokk u Piero Di Bartolo – Taljan ta’ 49 sena, li kien joqgħod Birżebbuġa qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Rosso ta’ 48 sena minn Marsascala b’tiri ta’ arma tan-nar.

Il-katavru ta’ Rosso qatt ma nstab fejn qed jiġi allegat li dan twaddab il-baħar wara li nqatel. Skont il-prosekuzzjoni il-qtil seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2005 barra d-dar ta’ Bugeja. Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ħareġ li l-vittma kien jaħdem fiċ-ċentru tal-akkwakultura ta’ San Luċjan u kien ko-proprjetarju ta’ żewġ bastimenti tas-sajd. Skont il-prosekuzzjoni l-qtil seħħ filgħodu wara tilwima fuq bastiment.

Il-Malti qed jiġi mixli bil-qtil filwaqt li t-Taljan qed jiġi akkużat b’kompliċità ta’ dan il-qtil. Is-Supretendent Louise Calleja qalet li fl-2005 kienet Spettur fl-skwadra ta’ kontra l-vizzji. Qalet li fl-10 ta’ Ottubru 2005 kienet tal-għassa u ġiet infurmata mill-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar li mart il-vittma – Maria Rosa Rosso kienet irrapputat li żewġha Brian Rosso ma marx id-dar.

Kienet qalet lill-Pulizija li kellu jkun xogħol sal-4pm u kienu miftehmin li joħorġu għax kellhom xi qadi. Ir-rapport minnha kien sar fid-9pm. Il-mara kienet qalet li ppruvat taqbad lil żewġha bil-mobile imma kien  mitfi.. Kienet ukoll marret fejn jaħdem fit-torri ta’ San Luċjan u l-watchman qalilha li ma kienx rah.

Qalet li kien mhedded fuq xi kwistjoni ta’ lanċa tas-sajd. Kien hemm qed jagħmel użu minn vetturua u din l-informazzjonio kollha kienet iċċirkolat mas-sezzjonijiet tal-Pulizija. Ix-xhud qalet li kienet Infurmat lis-superjuri tagħha fejn daħlu wkoll is-CID fosthom l-Ispettur Chris Pullicino.

Kienu kellmu reġgħu lis-sinjura Rosso u skoprew li l-vittma kellu x’jaqsam mar-riċiklaġġ tas-sajjieda u li kien technician u nvolut mat-team tal-football Floriana FC. Kellu wkoll lanċa u kien jaf lil xi ħadd bl-isem ta’ Sevbastiano Lupo, li miegħu kellu s-sehem fil-lanċa, mill-liema sehem il-vitmma kien biegħ għal Lm32,000 (madwar 75,000 ewro). Kien skopert ukoll li Rosso kien imbeżża’ u li martu qaltilhom ma tafx m x’kienu eżatt dawn il-biżgħat.

Calleja qalet li kienu talbu filmati tas-CCVT madwar it-torri ta’ San Luċjan biex jaraw xi movimenti fil-bidu tat-torri. Rosso deher fis-6.49am dieħel torri liebes jeans u top skur u pouch iswed f;’idejh. Fis-7.10am deher ħiereġ ma’ persuna, u fis-7.13am reġa’ deher fil-bieb tat-torri imma ma daħalx.

Moviment ieħor kien fis- 7.17am fejn daħal ma’ impjagata tat-Torri u l-aħħar li deher kien fit-8.28am, meta deher ħiereġ waħdu u kellu l-pouch iswed f’idu. Qalet li l-filmati ġabuhom minn tal-fisheries. Ix-xhud qa;et li wara ,kienu ħarġu ċirkolari bir-ritratt li tagħtom il-mara tiegħu u ritratt tal-karozza u ngħadda messaġġ lil media kollha.

Qalet ukoll li kienet saret tfittxija fil-lokalitajiet fil-viċin u mal-ħaddiema tal-fisheries u mad-Direttur li kien ilu jafu madwar 17-il sena. Kien jaf li kallu dgħajsa bi sħab ma’ ċertu Sebastiano. Kien jaf ukoll li kellu xi theddid u mar jitkellem mal-Pulzija dwar dan, Kien qal ukoll li f’dak il-pounch kien iġorr pistola għax kien jibża.

Joanna Darmanin  Assiatent Principal tat-torri kienet qalet lill-Pulizija li Rosso kien daħal ix-xogħol fis-7.15am u kien qed lil xu ħadd faċċata tat-torri għax kellu xi problema. Kienet taf li mar għax-xogħol bl-Isuzu. Tkellmu ma’ divesi persuni oħra fosthom Alfred Cassar magħruf bħala ċ-ċintorini li qal li fl-10 ta’ Ottubru kien ma’ ċertuj Angelo li jiġi missier Sebastiano u xi Sqallin. Lulju u li hu kien mar bil-lanċa lejn Sqallija ma’ Bugeja f’Ġunju u li kien hemm ukoll Di Bartolo. Kellhom jagħmlu xi tlieta jew erba’ ġimgħat imma wara tliet Rosso irritorna lura bil-lanċa.

Ix-xhud qalet li Cassar kien mar jagħmel xi xogħol lir-Rosso, imma fuq ħlas kien ikellem lil mara ta’ Anthony Bugeja, li kienet tieħu ħsieb. Calleja qalet li tkellmet ukoll ma’ tliet Sqallin fosthom l-akkużat Di Bartolo, li hima sajjieda u qalu li ma kienux jafu lil Rosso imma kien u jafu lil Bugeja. Fis-17 ta’ Ottubru kienet insrabet il-vettura ta’ Brian Rosso Ħal-Għaxaq

Il-mara tal-vittma, Rose, kienet marret l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar fl-10 ta’ Ottubru stess tippaporta n-nuqqas ta’ żewġħa. Kienet qalet ukoll lill-Pulizija li kienet inkwetata peress li ftit qabel ma għeb kien qed jirċievi theddid minn raġel Taljan fuq xi dgħajsa tas-sajd. Kif Rosso sparixxa, l-Pulzija bdiet titratta l-każ bħala wieħed ta’ omiċidju.

Iż-żewġ Spetturi ħadmu taħt is-superviżjoni diretta tal-Kummissarju ta’ dak iż-żmien John Rizzo u l-Assistent Kummissarju Michael Cassar. Fis-17 ta’ Ottubru tal-2005 l-pulizija sabu l-vann pick-up Isuzu Elf ta’ Albert Brian Rosso wara aktar minn ġimgħa nieqes. Il-pick-up abjad, instab fil-periferija ta’ Ħal Għaxaq, qrib il-fabbrika tal-logħob tan-nar l-antika ta’ Ħal Għaxaq, tefgħa ta’ ġebla minn żona residenzjali.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien ukoll wettaq tfittxijiet fil-baħar ma’ għaddasa mid-Disaster Assistance Volunteer Team assistiti minn persuni abbord dinghy tas-CPD (protezzjoni ċivili). Huma koprew prattikament iż-żona kollha minn Birżebbuġa sa Buġibba.

Tliet Sqallin kienu jhedduh

Wara xehdet Toinette Cauchi li f’Ottubru tal-2005 kienet pulizija. u li llum hija driving instructor. Fl-10 t’Ottubru kienet night watch u għall-ħabta tad-9.30pm infurmaw l-għassa li kien hemm persuna nieqsa. Huma nfurmaw lid-duty officer u ħarġu stqarrija. Tkellmu ma’ mart Rosso li qalet kien jgħidilha li kien mhedded. Qalet ukoll li tlieta mill-Isqallin li kienu jhedduh telqu u fadal wieħed.

Xehdet li tkellmu wkoll ma’ kollega ta’ Rosso li kienet taħem fl-uffiċċju tiegħu. Rosso kien qalilha li kien mhedded kontinwament, kien qalilha u wriha li kien iġorr pistola miegħu ġo pouch iswed. Il-kollega kienet qalet lill-pulizija li fl-10 t’Ottubru, fit-8.10am kienet l-aħħar darba li ratu u qalilha li kellu kwistjoni u ħa jmur jeħlisha. Qalilha li kienet qed iċempilllu l-mara ta’ Anthony Bugeja u kienet qed iddejqu rigward xi flus.

Wara xehed l-ispettur Christopher Pullicino li qal li fl-10 t’Ottubru tal-2005, irriżulta li l-aħħar kuntatt li Rosso kellu fiżikament kienet telfonata bejnu u bejn Anthony Bugeja. Wara dik it telefonata, ma kellu l-ebda telefonata oħra li ġiet risposta.

Qal li din hija r-raġuni li dak li ġralu Rosso, seta’ kien minn dak il-ħin tal-aħħar telefonata ‘l quddiem. Ġie stabbilit li t-telefonata seħħet fl-akkwati ta’ Marsaxlokk. Anthony Bugeja kien ċempel lil Rosso. Il-Pulizija kisbet din l-informazzjoni mingħand is-service providers.

Qal ukoll li meta kien mar fil-garaxx ta’ Bugeja instab li l-art kienet inħaslet bil-bleach u li kien hemm għafsa fuq il-bieb tal-garaxx li kien jidher li dan kien x’aktarx kaġun ta’ xi tir. Ix-xhud qal li Rosso kien kellem lill-Pulizija fosthom lill-Kummissarju tal-Pulizija u l-Assistent tiegħu li kien qed jiġi mhedded minn xi Sqallin.

Minħabba f’hekk Rosso kien xtara arma tan-nar mingħand xi ħadd Magri li ma qallux għalfejn riedha. Din l-arma kienet għadha ma nqalbitx fuqu. Ix-xhud qal li jidhirlu li Magri jew adirriittura Magro huwa mill-Belt. Pullicino qal lill-Qorti li hu ilu nieqes mill-Pulizija sa mill-2015 u għalhekk ma kellux iktar aċċess għall-files.

Ix-xhud qal li fit-taraġ tal-bejt fid-dar ta’ Bugeja kienu nstabu xi skrataċċ li iżda ma jiftakarx jekk dawn kienux sparati jew le. Meta kien qed iwieġeb diversi mistoqsijiet oħra x-xhud qal li l-vann tal-vittma meta nstab ma kienx imsakkar imma ċ-ċwievet ma kinux ġo fih.

Tenna li kuntistabbli tal-pulizija kien sab il-mazz taċ-ċwievet ta’ Rosso, però ċ-ċavetta tal-vann ma kinitx ma’ dan il-mazz. Mill-investigazzjoni fid-dar, kien hemm riħa qawwija ta’ bleach, mal-bieb ta’ barra kien hemm għafsa li possibilment setgħet kienet tir ta’ arma tan-nar min-naħa ta’ ġewwa, irriżulta li ġot terazzin kien hemm barmil bil-konkos li ġo fih instabu xi skrataċċ, il-biċċa ta’ wara tal-munizzjon li jiġi sparat minn arma tan-nar.

Tenna li nformazzjoni kunfidenzjali mogħtija lill-pulzija kien ingħad li Brian Rosso kien inqatel fil-garaxx ta’ Bugeja. Fuq mistoqsija tal-avukat Roberto Montalto, ix-xhud ikkonferma li ma nstab l-ebda demm ta’ Brian Rosso x’imkien, la fid-dar ta’ Bugeja u lanqas fil-karozza.

Wara xehed Michael Cassar li fl-2005 kien Assistent Kummissarju. Qal li Brian Rosso kien mar l-uffiċċju tiegħu għax kien qed jiġi mhedded mill-Isqallin. Qallu li kien Porto Palo fuq id-dgħajsa u li l-akkużat Bugeja qallu li kien hemm wieħed Sqalli u qallu biex ma jersaqx ‘l hemm.

Kien qallu li ta nformazzjoni lil xi Pulizija Sqalli dwar dak li kien qed jiġri f’Malta li kienu qed jimportaw id-droga f’Malta xi Sqallin. Imma qallu li kien sema’ dwar dan u donnu li kien qed jibża’ u li kien qed jiġi ‘followed’. Ix-xhud qal li kien tah xi pariri dwar x’għandu jagħmel, fostjom jieġu xi notamenti jekk jara xi karozza suspettuża. Cassar qal li hu kien informa mill-ewwel lill-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien John Rizzo.

Qal li fl-10 t’Ottubru rrappurtat il-mara ta’ Rosso li kien ilu nieqes minn xit-3pm. Rosso u l-mara kellhom jiltaqgħu prattikament dak il-ħin. Il pulizija ċemplu lil Anthony Bugeja u dak qal lill-mara tiegħu li filgħodu Rosso kien mar għandu u l-aħħar li rah kienu xi 8.30am. Ġie stabbbilit li Rosso mar fir-residenza ta’ Anthony Bugeja.

Tkaxkir tas-saqajn

It-tkaxkir tas-saqajn f’dan il-ġuri kien evidenti fejn l-ewwel kien tpoġġa ‘sine die’ u wara l-Qorti laqgħet talba tad-difiża biex tiddikjara li l-istqarrijiet li kienu taw l-akkużati waqt l-interogazzjoni bħala inammissibbli. Dan kollu kompla jdgħajjef mhux bi ftit il-każ tal-prosekuzzjoni.

Il-prosekuturi dejjem saħqu li l-qtil kien marbut ma’ tilwima fuq bastiment tas-sajd propjetà ta’ Rosso u Bugeja u li fuqu kien jaħdem Di Bartolo. Kien hemm żmien fejn ma kienx ċert jekk l-Avukat Ġenerali kien se jipproċedi bil-każ u kien hemm ukoll il-possibilità li jordna f’dak li jissejjaħ f’termini legali nolle prosequi, u għaldaqtant seta’ jieqaf kollox u jaqgħu l-proċeduri.

Il-kumpilazzjoni tal-evidenza kienet semgħet kif Bugeja kien ċempel lil Rosso biex imur id-dar tiegħu sabiex jiddiskuti problemi ta’ negozju li kienu jinvolvu l-iskuna tas-sajd Desiree, li kienet imħaddma minn Di Bartolo. Skont il-Prosekuzzjoni, kien inqala’ argument, li spiċċa b’Bugeja jġib arma tan-nar u jispara diversi tiri lejn Rosso, “fil-preżenza u bi qbil ma’ Di Bartolo.” Il-katavru ta’ Rosso kien tpoġġa fi xkora u mormi fil-baħar qrib il-Port Ħieles f’Marsaxlokk, liema katavru iżda baqa’ ma nstabx.

L-irġiel qed jiġu akkużati bl-omiċidju ta’ Rosso, li użaw arma tan-nar waqt id-delitt, li ġarrew il-ġisem tal-vittma u pussess ta’ arma tan-nar. L-avukati difensuri taż-żewġ akkużati sussegwentement kienu attakkaw l-ammissibbiltà tal-istqarrijiet u dikjarazzjonijiet magħmula mill-klijenti tagħhom.

L-Imħallef Scerri Herrera fid-deċiżjoni tagħha osservat li fiż-żmien meta Bugeja u di Bartolo kienu taw l-istqarrijiet tagħhom, ma kellhom l-ebda dritt jikkonsultaw ma’ avukat kemm qabel u waqt l-interrogazzjoni. Dawn id-drittijiet ma ġewx infurzati qabel l-10 ta’ Frar 2010. Dwar din id-deċiżjoni l-AĠ kien appella iżda l-Qorti tal-Appell ċaħdet it-talba. Kien ordnat wkoll li l-istqarrijiet jitneħħew mill-atti tal-kawża.

Fl-2015 il-Qorti laqgħet talba biex l-akkużati jgħaddu ġuri flimkien u mhux sepratament. Fit-18 ta’ Frar 2015 l-Imħallef Emeritus Michael Mallia kien poġġa għal żmien indefinit il-każ wara li laqa’ talba mill-Avukat Ġenerali biex is-suspettati fil-qtil jgħaddu ġuri flimkien, biex jiffrankaw il-ħin u l-ispejjeż.

L-Imħallef Mallia kien ċaħad it-talba tad-difiża ta’ Piero Di Bartlolo biex il-ġuri jsir mill-aktar fis possibbli minħabba li diġa kien hemm dewmien esaġerat. L-Avukat Roberto Montalto kien qal li l-klijent tiegħu diġa sofra u għadu qed isofri minn leżjoni tad-dritt tiegħu għal smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli Kemm Di Bartolo kif ukoll Bugeja qegħdin iwieġbu mhumiex ħatja li kellhom x’jaqsmu mal-każ.

L-avukati Franco Debono u Arthur Azzopardi huma l-avukati ta’ Bugeja. L-avukat Roberto Montalto huwa l-avukat ta’ Di Bartolo. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Angelle Vella u Andrea Zammit. L-Avukat Stefano Filletti huwa parte civile fil-każ. Il-ġurija hija komposta minn tmint irġiel u mara. F’dan il-ġuri huma msejjħa madwar 30 xhud u fejn persuna ma tkunx tista’ tattendi għal diversi raġunijiet se tinqara x-xhieda tagħhom waqt il-kumpilazzjoni.