L-istilla ta’ PSG u tat-tim nazzjonali Franċiż Kylian Mbappé informa liċ-champions Franċiżi li mhux se jkun qed jieħu l-għażla li jestendi l-kuntratt li għandu b’sena, igifieri sa’ Ġunju tal-2025.
Dan ifisser li l-attakkant ta’ 24 sena jiskadielu l-kuntratt f’Ġunju tal-2024 u għalhekk ikun jista’ jingħaqad ma’ min irid b’xejn.
Minn naha tagħhom PSG għamluha ċara li mhux se jkunu qed jaċċettaw li Mbappé jitlaq b’xejn fis-sajf tal-2024 u jekk mhux se jestendi l-kuntratt se jkun qed jinbiegħ dan is-sajf.
Mhuwiex sigriet li wieħed mit-timijiet li ilhom isegwu lil Mbappé huwa Real Madrid u aħbar bħal din żgur li se tkun qed tqajmilhom interess, għalkemm bla dubju li PSG, minkejja li fadalu biss sena kuntratt, se jkunu qed jipprovaw iġibu somma tajba tiegħu.
//= $special ?>