L-eks Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti qal li l-eks President Amerikan Donald Trump ‘għandu jispiċċa ħażin’ jekk jinstab ħati dwar il-misapproprjazzjoni u użu illegali ta’ dokumenti klassifikati u sensittivi għal pajjiżu.
William Barr, eks alleat ta’ Trump u li llum sar kritiku kbir tal-eks President, qal li Donald Trump ma kellu l-ebda dritt li jżomm id-dokumenti li allegatament kienu elevati mid-dar tiegħu wara li hu kien spiċċa minn President.
Intant, Trump, għada t-Tlieta, irid jidher il-qorti f’Miami biex jiffaċċja għexieren ta’ akkużi u allegazzjonijiet li hu kiser il-liġi meta żamm din l-informazjoni klassifikata fil-pussess tiegħu.
L-eks President qed jiċħad dwar kull ‘illegalità’, iżda William Barr – li kien l-avukat ġenerali ta’ Trump mill-bidu tal-2019 u l-aħħar tal-2020 – esprima x-xokk tiegħu dwar is-sensittività tad-dokumenti u sostna li qed jidhru validi l-akkużi inkwistjoni relatati mal-liġi li titratta l-każi ta’ spjunaġġ.
//= $special ?>