Il-qawwiet Russi, fl-aħħar sigħat, kienu akkużati dwar attakk fuq ‘tieni diga’ tal-Ukrajna għal diversi jiem u li wkoll jinsab fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia.
Id-diga – viċin iz-zona tal-gwerra lejn ix-xlokk tal-Ukrajna – hi wkoll qrib ħafna tal-villaġġi li l-Ukreni qed jgħidu li lliberaw fl-aħħar sigħat.
Din id-diga hi ħafna iżgħar mid-diga ta’ Kakhovka li parti minnha, il-ġimgħa l-oħra, ikkrollat fi splużjoni u fost l-għargħar katastrofiku għar-residenti Ukreni tul medda kbira ta’ territorju.
U waqt li baqa’ jinħass l-impatt tal-attakk fuq l-ewwel diga, il-militar Ukren, fl-aħħar sigħat, tenna li r-Russi deċidew biex itajjru t-tieni diga bħala parti minn strateġija ħalli huma jtellfu r-ritmu tal-avvanzi tal-Ukreni fuq iz-zoni kontrollati mis-suldati ta’ Putin.
//= $special ?>