Internazzjonali

L-Ukreni jieħdu lura aktar villaġġi

Il-kontro-offensiva tal-Ukreni qed tkompli b’suċċess, hekk kif fl-aħħar sigħat it-truppi ta’ Zelensky ħadu lura aktar villaġġi.

Kmieni dalgħodu, rapporti indikaw li l-Ukreni issa qed jokkupaw anke Storozhove, fejn il-bandiera nazzjonali qed tperper mill-ġdid.

Fl-istess waqt, analisti internazzjonali qed jgħidu li l-villaġġi li ġew liberati mill-okkupazzjoni tar-Russi huma irħula żgħar ħafna. U probabbilment mhumiex daqstant sinifikanti għall-istampa l-kbira ta’ din il-gwerra – li issa ilha tkarkar kważi sena u nofs.

Intant, illum in-NATO tat bidu għall-akbar eżerċizzju militari li qatt sar fl-Ewropa. Dan bis-sehem ta’ 10,000 membru militari.

Fl-eżerċizzju imsejjaħ “Air Defender 23” se jippartecipaw 250 ajruplan tal-gwerra mill-pajjiżi membri f’din l-alleanza, kif ukoll l-Iżvezja u l-Ġappun.