Raġel ta’ 33 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt li bejn Diċembru tal-2020 u Marzu li għadda kkorrompa tifla ta’ 14-il sena. L-Ispettur John Spiteri li flimkien ma’ lspettur Paul Camilleri ressaq lil Rennie Cutajar qal li fid-9 ta’ Ġunju li għadda sar rapport mill-vittma dwar dak li għaddiet minnu f’dan it-tul ta’ żmien. Il-Qorti ordnat li fejn sar il-każ u isem il-vittma ma jkunux imxandra fil-meżżi tax-xandir.
Spiteri qal li t-tifla fetħet qalbha ma’ missierha fuq dak li għaddiha l-imputat li jgħix fl-iestess residenza tagħha. Cutajar li qal li jaħdem fil-catering wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. L-Ispettur Spiteri nforma lill-Qorti li saret kommunikazzjoni bejn il-partner tal-akkużat u l-allegata vittma, liema kommunikazzjoni ma kienet xejn pjaċevoli.
Talab ukoll li ma ssir l-ebda kommunikazzjoni minnu mal-vittma, anke jekk hu mhux qed jatribwixxi dak li għamlet il-partner tiegħu mat-tifla. Il-Qorti wissiet lil Cutajar li jekk jikser din l-ordni hemm multa ta’ 7,000 ewro. Ma saret l-ebda talba għall-pleġġ minn naħa tal-avukat Mario Mifsud, fejn huwa diġa kien instab ħati fuq akkużi simili fil-passat.
Cutajar ġie mixli li wettaq atti ta’ natura sesswali mingħajr kunsens, li fl-isess żmien u post b’għemil żieni kkorrompa persuna taħt is-16-il sena. Ġie mixli wkoll li offenda l-pudur jew il-morali, li ta fastidju lit-tfajla b’mod degradanti u li sar reċediv. Ma saret l-ebda talba għall-pleġġ minn naħa tad-difiża u għaldaqstant Cutajar baqa miżmum taħt arrest. L-Avukat Cynthia Tomasuolo kienet parti mill-prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>