Żagħażugħ ta’ 21 sena residenti l-Gżira ammetta quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt li nhar il-Ħadd li għadda bejn 12.00am u t-3.30am waqt il-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ kien vjolenti mal-Pulizija wara li dawn ipprovaw iwaqqfuh milli jkun ta’ periklu waqt il-logħob tan-nar. Ħareġ wkoll fl-awla li dak il-ħin l-akkużat kien taħt l-effett tal-alkoħol.
Dan minkejja li kien imwissi kemm il-darba mid-dillettanti tal-logħob tan-nar li għandhom il-liċenzja f’dan il-mestjier. L-Ispettur James Mallia li ressaq lil Alan Spiteri qal li dan beda jersaq lejn in-nar f’distanza ta’ inqas minn żewġ metri viċin struttura ta’ żewġ sulari u li kien ta’ periklu serju.
Meta kien qed jitressaq mill-post hu beda jwieġeb bil-kliem -.”kif tneħħini se nerġa mmur.” Il-Pulizija kienu wkoll ressquh minn mal-folla u hawn sar vjolenti magħhom. Kienu erba’ Pulizija jipprovaw iżommuh u beda jintelaq ma’ l-art. Marret ukoll tarah tabiba, kif ma bedhiex jirrikonixxiha u wara li telqet bebda’ jgħajjar lill-Pulizija, qal l-Ispettur Mallia.
“Meta għadnilu li jinsab taħt arrest ma tax kaz u beda jiġġieled u saħansitra jobżoq u pprova jigdem lill-Pulizija. Kompla jkun vjolenti anki meta konna mexjin lejn l-għassa tal-Pulizija u f’ħin minnhom ta xutt lill-Ispettur. Waslet ukoll l-ambillanza u wara li infurmajnih bit-drittijiet tiegħu kompla jgħajjar. Ma jagħtix każ u jitkellem ħażin u kompla jkun arroganti.
Wara li ttieħed l-isptat kkalma u meta ġie discharged ġie arrestat. Kellu jassistih waqt l-istqarrija lill-Avukat tal-Għajuna Legali Martin Farrugia. Il-Maġistrat Gatt qallu li l-akkużi li qed jiffaċċa huma gravi u l-minimu ta’ dawn l-akkużi biss huma ta’ sitt xhur ħabs.
“Heddidt numru ta’ Pulizija u meta dawn ġew biex jagħmlu xogħlhom attakkjathom – għal dawk biss il-piena hija ta’ ħabs, apparti l-multi. Wara li kkonsulta mal-Avukat Matthia Felice, Spiteri kkonferma l-ammissjoni tiegħu u wara saret it-ttrattazzjoni fuq il-piena.
L-Ispettur Mallia qal li dan mhux l-ewwel każ tal-imputat. Huwa minnu li fuq l-akkuħi oħrajn għadu preżunt innoċenti, imma hemm bżonn li jieħu tagħlima. Hu aktar tard wara li ġie f’sensih ikkalma u xtaq li jikkoreġi dak li għamel, u xtaq li jreġġa l-ħin lura. “Irid iżda jpatti skont il-liġi ta’ li għamel, u anke mhux piena massima, jrid xi forma ta’ kastig. Ġietu tajba li ma weġġaniex”, qal l-Ispettur
L-Avukat Felice qal li l-klijent tiegħu ikkopera mill-ewwel wara li għadda l-effett tax-xorb, vera mhux skuża li wieħed jixrob, huwa qal. Wara tenna li anke wera ġentilezza u għaraf il-ħażin tiegħu u ammetta mill-ewwel u ma qagħdtx itawwal il-proċeduri u jaħli l-ħin tal-qorti. Is-sentenza se tingħata fit-3 ta’ Lulju li ġej fit-8.30am. Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>