Żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Bormla wieġeb mhux ħati li fis-7 ta’ Ġunju li għadda fi Triq Santa Liena, f’Bormla stess huwa kkaġuna ferità gravi fil-konfront ta’ Luke Farrugia. F’din l-aggressjoni bejn il-partijiet ma ntużat l-ebda arma u l-allegatament il-ħsara li saret fil-ġisem tal-allegat vittma kienet ikkważata bl-idejn.
Carsden Caruana li qal li jaħdem bħala deliveryman tressaq mill-Ispettur fil-preżenza ta’ ommu fejn l-Avukat tiegħu Mario Mifsud staqsa lill-Ispettur Gabriel Kitcher, li ressqu jekk l-allegat vittma hux se jitressaq il-Qorti wkoll, bil-prosekutur iwieġeb fl-affermattiv. L-Avukat staqsa wkoll jekk l-Ispettur jafx li l-ferita li għandu l-allegat vittma, kinitx hemm minn qabel, xi ħaġa li l-Ispettur qal li m’għandux konnoxxenza tagħha.
L-Avukat Mifsud qal li l-klijent tiegħu huwa l-vittma f’dan il-każ u li Farrugia bħalissa jinsab barra u li qed imur għax-xogħol u mhux rikoverat l-isptar. Tenna wkoll li dan huwa każ ta’ self defence u li jekk il-prosekuzzjoni m’għandhiex il-provi dwar min beda’ l-ġlieda, is-CCTV’s li hemm fil-post, li mhumiex ftit jistgħu jagħtu stampa aktar ċara ta’ x’verament x’ġara,
L-Avukat Mifsud qal li jekk hemm bżonn tkun id-difiża li tippreżenta l-filmati biex toħroġ il-verita. Tenna hawn ikun magħruf min kellu ċ-ċwievet f’idejh u li pprova jwettaq aggressjoni bihom. Meta saret talba għall-ħelsien mill-arrest kien hemm l-oġġezzjoni tal-prosekuzzjoni li qalet li għad hemm xhieda pajżana li jridu jixhdu, fosthom it-tfajla tal-allegat vittma.
L-Avukat Mifsud qal li dan il-każ seħħ fis-7 ta’ Ġunju u li kien hemm biżżejjed għall-kontaminazzjoni tal-provi minn naħa tal-imputat dawn kienu jseħħu. Tenna li Caruana għandu kondotta nadifa u huwa persuna affiddabbli. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-pleġġ fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €2,000.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt ordnat ukoll biex l-akkużat jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Bormla kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l=Ġimgħa bejn l-4pm u s-6pm. ħinijiet biex jakkomodaw ukoll il-ħinijiet tax-xogħol ta’ Caruana. Kien ordnat ukoll biex l-imputat ikun id-dar sad-9pm u ma joħroġ qabl is-6am.
//= $special ?>