Ċifri maħruġa t-Tlieta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-persuni f’pajjiżna li jinsabu f’xifer il-faqar għadhom ‘il fuq minn 85,000.
Għal fini ta’ statistika, dawn huma kollha persuni li għandhom dħul li ma jaqbiżx il-€11,000 fis-sena. U bħala numri, jfissru 16.7 fil-mija tal-popolazzjoni.
Dan is-survey Ewropew – magħruf bħala SILC – jitfa’ dawl fuq id-dħul medju tal-ħaddiema.
L-istess stħarriġ juri li f’pajjiżna, huma aktar minn 100,000 dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Minnhom, kważi 20,000 huma tfal u żgħażagħ taħt it-18-il sena.
Intant, il-Gvern fi stqarrija ħareġ jiftaħar b’dawn iċ-ċifri – għaliex juru tnaqqis marġinali ta’ 0.2 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.
//= $special ?>