Futbol Sport

Boxing: Kaos waqt il-ġlieda ta’ esebizzjoni bejn Mayweather u Gotti III

Il-ġlieda ta’ esibizzjoni bejn Floyd Mayweather ta’ 46 sena u John Gotti III spiċċat minn battibek għal ġlieda tal-massa meta n-nies daħlu fir-ring wara deċiżjoni kontroversjali.

Ir-referee Kenny Bayliss waqqaf il-ġlieda fis-sitt rawnd għad-diżappunt ta’ Gotti, li wara attakka lil Mayweather. Ir-ring fiftit sekondi intela’ b’membri tat-tim miż-żewġ boxers hekk kif Bayliss għamel dak kollu possibbli biex irażżan id-drama.

Gotti III, ta’ 30 sena, huwa n-neputi tal-eks kap tal-kriminalità ta’ New York John Gotti. Wara t-tilwim fir-ring bdiet serje ta’ għadd ta’ ġliediet fost il-folla f’FLA Live Arena fi Florida u fil-backstage. F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, l-eks champion tad-dinja tal-boxing Mayweather ġie ffilmjat wara l-ġlieda li qal: “Hu għalhekk li jħallsu l-flejjes kbar, għax jien intella’ spettaklu.”

Mayweather irtira fl-2017 b’rekord ta’ 50 rebħa u ebda telfa u deher f’bosta ġlidiet ta’ esibizzjoni inklużi fil-mixed martial arts. Din kienet l-ewwel dehra tiegħu fl-Istati Uniti mill-ġlieda ta’ tmien rawnds ma’ YouTuber Logan Paul fl-2021.