Sport Sport Ieħor

Futsal: Santa Margerita jirbħu l-Enemed Women’s Futsal Tournament

Fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke il-Futsal Malta Association organizzat it-tielet u l-aħħar edizzjoni għal dan l-istaġun tal-Enemed Women’s Futsal Tournament.

F’dan it-tournament ħadu sehem ħames timijiet b’Santa Margeritas li temmew fl-ewwel post wara li rebħu l-partiti kollha li lagħbu.

Fit-tieni post spiċċaw Knights United li taw sfida sal-aħħar bi Floriana, FSR u PWC li wkoll ħadu sehem f’dan il-festival.

Fi tmiem l-attività s-segretarju ġenerali tal-Futsal Malta Association Stefan Cutajar ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Santa Margeritas.

Fl-istaġun 2023-2024 se jiġi introdott il-kampjonat tal-futsal tan-nisa.

KLASSIFIKA FINALI – ENEMED WOMEN’S FUTSAL FESTIVAL – Santa Margeritas 12 il-punt , Knights Utd 9 punti , Floriana 7 punti , FSR 3 punti , PWC ebda punt