Albert Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-parlament li Il-gvern m’għandux rieda li jipproteġi l-ambjent u jinforza r-regoli.
Meta kien qed jitkellem dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni gall-Ambjent, Albert Buttigieg qal li d-diskussjoni fuq l-ambjent għandha tinbena fuq il-fatt li l-ambjent hu d-dar komuni tal-poplu kollu, l-importanza li titneħħa t-tensjoni bejn l-iżvilupp u l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli biex l-ambjent ma jispiċċax vittma ta’ żvilupp bla rażan u l-importanza li l-pajjiż jaċċetta li għandu problemi ambjentali.
Dan biss jista’ jwassal biex jibdew jinstabu s-soluzzjonjiet; jeħtieġ li ssir ammissjoni li l-pajjiż naqas lill-ambjent. Illum hawn emerġenza ambejntali, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li hemm rabta bejn l-ambjent negattiv u problemi ta’ saħħa mentali.
Il-gvern qed jevita li jitkellem fuq il-kostruzzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li f’kull belt u raħal l-kostruzzjoni qed issir b’mod salvaġġ. Dan qed iwassal biex anki Għawdex qed jitlef il-karatteristiċi tiegħu kif qed jiġri fil-lokalitajiet Maltin.
L-ambjent jinsab taħt assedju kbir li ġej mill-fat cats, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern Laburista hu kompliċi fid-diżastru ambjentali u għalhekk ma jistax kun is-soluzzjoni. Minflok jindirizza l-problemi serji u jara x’inhuma l-kawża, il-gvern Laburista jkun kompliċi.
L-ERA issa se jkollha kummissjoni ambjentali fejn il-membri tal-bord se jkunu magħżula mill-ministru nnifsu. Dan hu pass tajjeb biex ikun trasparenza fid-deċiżjonijiet imma żgur li din mhix se ssolvi l-probelmi tan-nuqqas ta’ protezzjoni ambjentali. Din il-kummissjoni se tisma’ lin-nies iżda mhux se taġixxi, sostna d-deputat Nazzjonalista, li semma’ l-frustazzjoni li werew in-nies fil-protesta ‘Xebbajtuna’.
Albert Buttigieg qal li l-gvern jgħid li hu favur l-ambjent meta imbagħad ikun viċin persuni li huma l-kawża tat-tkissir tal-ambjent. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ERA spiċċat bla saħħa quddiem dak li qed iseħħ bi rwol konsultattiv biss. Hemm id-Direttorat tal-Patrimonju Kulturali li jiddikjara l-bonn ta’ protezzjoni iżda l-Planning jiddeċiedi mod ieħor.
Albert Buttigieg kompla li l-Planning, l-ERA u l-Patrimonju Kulturali għandhom jaqblu bejnieithom biex jinħarġu l-permessi għall-bini. Hu tkellem dwar il-Pjani Lokali u l-ħtieġa li dawn ikunu riveduti billi jsir Master Plan nazzjonali. Id-dritt ta’ persuni li jibnu m’għandhomx jimpinġu fuq id-drititjiet ta’ persuni oħra.; id-dritt tal-bini mhux wieħed awtomatiku.
Għandhom isir studji dwar il-lokalitajiet u r-reġjuni dwar il-viżjoni ta’ Malta għal 50 sena oħra, dwar il-kapaċità ta’ bini li tiflaħ Malta, dwar l-identità tal-irħula, dwar il-mudell ekonomiku li hu ibbażat fuq il-bini u dwar il-mod kif qed isir il-bini fil-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-mod kif kmamar fil-widien qed jinbidlu fi swimming pools. Għalhekk għandhom isiru diversi emendi fosthom dwar l-għoli tal-bini.
Hu tkellem dwar il-ġonna u qal li dawn huma l-pulmun tal-lokalitajiet iżda l-ġonna fil-lokalitajiet qed jinbnew wara li jinbnew id-djar. Wasal iż-żmien li l-ġonna kollha jkunu protetti u li dawn iridu jibqgħu ġodda? Għadha l-policy li d-djar ikollhom il-bjar fejn jinġema’ l-ilma? Wasal iż-żmien li ssir diskusjsonidwar id-drittijiet solari?, stsaqsa d-deputat Nazzjonalista, li kompla Frank Zammit minn Tal-Pietà li qed jistenna biex is-sentenza tal-qorti tkun infurzata wara li dan spiċċa fid-dlam.
Dwar l-ODZ u l-UCA hu qal li dawn għandhom jibqgħu ODZ u UCA u sostna li f’Tas-Sliema u San Ġiljan hemm problemi f’dan ir-rigward għaliex qed joħorġu permessi għal hostels li qed joħolqu problemi ta’ ħsejjes. Dan qed ikissir iċ-ċentru tal-lokalitajiet, sostna d-deputat Nazzjonalista li qal li wasal iż-żmien li r-residenti jkunu protetti mill-attivitajiet kumemrċjali.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq il-ħtieġa ta’ infurzar u qal li l-gvern m’għandux rieda li jinforza tant li f’San Ġiljan hemm 42 ordni ta’ infurzar li wħud ilhom mill-2013 biex ikunu attwati. Jeħtieġ għalhekk li jkun termini għal meta dawn ikunu inforzati.
//= $special ?>