It-Tnejn filgħaxija l-Ministru Byron Camilleri onora uffiċjal li għaddej bi proċeduri fil-Qorti wara li allegatament wettaq tortura fuq persuna fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan hekk kif l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi onorat 72 uffiċjal madanakollu l-Avukat Rachel Tua fuq il-midja soċjali staqsiet jekk xi ħadd minn dawn il-persuni onorati hux akkużati li allegatament ttorturat liż-żagħżugħa Kim Borg Virtù.
Din kienet it-tfajla ta’ 29 sena li sfortunatament neħħiet ħajjitha b’idejha f’ċella tal-ħabs … allegatament fl-eventwalità ta’ din it-tortura.
Sussegwentament il-Ministeru ta’ Byron Camilleri ppubblika stqarrija uffiċjali fejn ġie kkonfermat li persuna fost it-72 li ngħataw midalja…bħalissa għaddejja bi proċeduri fil-Qorti.
Għaldaqstant ġie spjegat li minnufih ngħatat ordni sabiex din il-persuna titneħħa minn fuq il-lista li ser tkun ippubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern u n-nominazzjoni tagħha għalhekk se tkun sospiża pendendi l-proċeduri fil-Qorti.
Id-domandi, perplessitajiet u taħwid issokta fi ħdan il-Ministeru li responsabbli minnu huwa Byron Camilleri fejn dan tal-aħħar issa qed jitlob lis-segretarju permanenti tal-Ministeru sabiex jeżamina u jara kif sar dan il-proċess u ggwidah biex jieħu d-deċiżjonijiet li jidhirlu li huma xierqa.
//= $special ?>