Il-Partit Nazzjonalista jeprimi t-tħassib tiegħu għall-aħbar tar-riżenja tal-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika, Audrey Friggieri, li hi t-tieni Kummissarju konsekuttiva li rriżenjat.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Graziella Attard Previ, Claudette Buttigieg kif ukoll Joe Giglio.
Filwaqt li r-raġunijiet għar-riżenja ma ngħatawx, il-Partit Nazzjonalista jinnota kif din seħħet ftit xhur wara li Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar Cilia kkonkludiet li l-Istat u l-istituzzjonijiet fallew lill-vittma.
Il-Partit Nazzjonalista jtenni li l-vjolenza domestika hi pjaga soċjali li teħtieġ soluzzjonijiet konkreti b’istituzzjonijiet b’saħħithom.
Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jistenna spjegazzjoni immedjata mingħand il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari responsabbli dwar x’inhu jiġri fl-istituzzjoni tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika
//= $special ?>