Lokali

Jitħabbru l-artisti għall-Isle of MTV

DJ Alesso, Mimi Webb u Tom Grennan huma l-artisti li se jkunu qed jieħdu sehem fl-Isle of MTV li se jsir fit-18 ta’ Lulju fuq il-Fosos tal-Furjana, flimkien mal-band internazzjonali ‘One Republic’.

Għall-15 il-sena konsekuttiva, dawn l-artisti prominenti fix-xena mużikali se jingħaqdu ma’ numru ta’ artisti Maltin f’wieħed mill-akbar festivals tas-sajf, li se jkun parti integrali minn ħamest ijiem ta’ divertiment f’pajjiżna.

Filwaqt li dan il-festival se jibqa’ bla ħlas, kull min se jkun qed jattendi jista’ jirreġistra l-attendenza tiegħu mil-lum 13 ta’ Ġunju.