Lokali Parlament

Joseph Muscat imħarrek biex jixhed quddiem il-PAC dwar il-power station tal-Electrogas

L-ex Prim Ministru Joseph Muscat se jkun imħarrek biex jixhed quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li qed jinvestiga r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratti tal-Electrogas.

Dan kien stabbilit fil-PAC li ltaqa’ llum wara nofsinhar u li quddiemu xehed Ronald Mizzi, li kien Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ Konrad Mizzi.

Il-kumitat tmexxa miċ-Chairman u deputat Nazzjonalista Darren Carabott u l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar u midd-deputat Nazzonalista Graham Bencini. Il-gvern kien rappreżentat mill-Whip tal-Gvern Any Ellul, mill-Ministru Clayton Bartolo u mid-deputati Laburisti Alex Muscat u Glen Bedingfield.

Ronald Mizzi xehed li hu nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministru tas-Saħħa u l-Enerġija f’April 2014 sal-2017 u ftit xhur qabel kien Direttur għall-Affarijiet Internazzjonali u Ewropej. Hu qal li l-proċess tal-offerti tal-power station kienet diġà saret. Qablu kien hemm Mario Rodgers bħala Segretarju Permanenti responsabbli mill-enerġija.

Hu qal li ftit li xejn kellu handover għaliex din saret ta’ malajr u sostna li ma’ Rodgers ma tkellimx fuq il-proġett tal-Electrogas. Ix-xhud kompla li kien hemm diskussjonijiet varji ma’ nies prominenti fil-Ministeru tal-Enerġija dwar il-proġett tal-power station, inkluż il-Ministru Konrad Mizzi u diversi konsulenti.

Ronald Mizzi qal li kien fl-istate aid proċess li kien involut fil-proġett meta kien hemm diffikultajiet li tqanqlu mal-banek; il-ministru (Mizzi) kien kellmu dwar dan. Dwar liema kien jattendi, Ronald Mizzi qal li ma kienx hemm laqgħat fissi li hu kien jattendi għalihom iżda kienu jsiru laqgħat bħal dawk dwar l-istate aid li fihom kien ikun involut.

L-ex Segretarju Permanenti xehed li l-proġett kellu sfidi kbar u qal li kien is-Segretarju Permaneni Ewlieni Mario Cuatajr li qallu li “kienu” jixtiequh jieħu r-responsabbiltà ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Enerġija. Hu qal li ma kienx jaf lil Konard Mizzi qabel inħatar fil-kariga ta’ Direttur.

Ronald Mizzi qal li l-Kummissjoni Ewropea rat il-proċess kollu u apparti l-element ta’ state aid, kien hemm mistoqsija mill-MEP ingħatat spjega u kollox waqaf hemm. Hu qal li kien tkellem ma’ David Galea meta dan kien konsulent tal-Enemalta u meta kien għadu involut fil-proġett. Ix-xhud qal li David Galea kien persuna fost oħrajn li kellhom informazzjoni dwar il-proġett. Hu qal li ma tkellimx ma’ Brian Tonna u ma tkellimx ma neix li kienu fil-Kumitat ta’ Evalwazzjoni. Ix-xhud spjega li hu kien il-punt ta’ riferenza mal-Awditur Ġenerali fit-tfassil tar-rapport.

Dwar direct order lil David Galea ta’ Beat Ltd. biex issir analiżi tal-proċess kollu, Ronald Mizzi qal ma kienx involut. Ix-xhud qal li diversi drabi siefer ma’ Konrad Mizzi u persuni oħra fi Brussell u Parigi.

Ronald Mizzi qal li kien baqa’ jsegwi l-proġett sal-aspett finanzjarju għaliex ma kienx ajgħmels ens li jitlaq il-proġett fi stadju kruċjali tiegħu. Jirriżulta li hu kien wieġeb mistqosijiet ta’ ġurnalisti minn The Guardian f’isem l-Electrogas anki meta kien fil-Ministeru tat-Turiżmu għaliex kien baqa’ jġorr miegħu l-proġett.

Ronald Mizzi kien mistoqsi għaliex u kif wieġeb f’isem l-Electrogas meta kien barra mill-portafol tiegħu. Hu wieġeb li kien għamel dan għaliex kien ħassu responsabbli. Ix-xhud ikkonferma li kien iltaqa’ diversi drabi ma’ Musayev. Mistoqsi mexiex bl-etika meta wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Ronald Mizzi qal li kien mexa fl-interess tal-gvern.

Ronald Mizzi xehed dwar id-dikjarazzjoni tal-Istat Amerikan li kien iddikjara li kien hemm illegalità, Ronald Mizzi qal li kien hemm kjass madwar il-proġett iżda hu qatt ma kellu suspett raġonevoli jew ra xi ħaġa ħażina.

Ronald Mizzi kompla li sa fejn kien jaf hu Konrad Mizzi kien traspaenti miegħu.

Il-kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta li ġej.