VALLETTA IZIBET……………….. 6
NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 14
(1-5), (1-3), (2-4), (2-3)
Tasal it-tieni rebħa minn żewġ logħbiet għal Neptunes Videoslots. Ebda sorpriża f’konfront bejn żewġ timijiet b’ambizzjonijiet differenti. Madankollu wieħed ma jridx inaqqas mill-mertu ta’ Neptunes li mhux biss qed jirbħu iżda qed jikkonvinċu.
Stevie Camilleri u Filip Filipovic qasmu l-gowls bejniethom fl-ewwel sessjoni, b’tal-ewwel jiskorja tripletta. L-unika risposta ta’ Valletta waslet permezz ta’ Ivan Nagaev. Wara li Jayden Cassar naqqas id-distakk, Neptunes wieġbu bi tliet gowls konsekuttivi u kabbru d-distakk għal 8-2.
Neptunes aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi fi spazju ta’ tliet minuti għal vantaġġ ta’ 11-3. Fl-aħħar sessjoni b’riżultat komdu, il-kowċ ta’ Neptunes Dorian Pisani sab il-ħin biex iserraħ l-aqwa elementi fit-tim.
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo (1), J. Cassar (1), S. Busuttil, A. Vlahovic, D. Paolella (1), I. Nagaev (1), S. Micallef, J. Chircop (1), K. Borg (1), K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (2), S. Gialanze (2), G. Pace, M. Castillo, J. Bajada, S. Camilleri (4), J. Camilleri, A. Ivovic (1), F. Filipovic (4), A. Fenech (1), E. Mallia (1), M. Rossi, D. Bugeja, A. Fava
Referees: Ronnie Spiteri, Fabio Brasiliano
SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 24
MARSAXLOKK BROWN’S…….. 9
(7-1), (6-4), (6-1), (5-3)
Iċ-champions San Ġiljan JP Projects ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Marsaxlokk Brown’s. Il-barranin Aaron Younger u Maro Jokovic irritornaw fl-iskwadra wara li ma lagħbux fl-ewwel logħba.
It-tim ta’ Zeljko Kovacic fetaħ tajjeb mill-ewwel b’seba’ gowls fl-ewwel sessjoni li ironikament waslu minn seba’ plejers differenti. Marsaxlokk irnexxielhom jagħmlu reazzjoni żgħira fit-tieni sessjoni u naqqsu d-distakk għal 8-4 fl-ewwel parti tas-sessjoni. Iżda San Ġiljan għollew il-livell u skorjaw ħamsa mingħajr risposta.
Minkejja r-rotazzjoni fit-tim, San Ġiljan baqgħu fil-kontroll assolut u komplew ikabbru l-vantaġġ, b’Nikolai Zammit jispikka bi tripletta. L-aħħar sessjoni kienet biss formalità b’San Ġiljan komplew ikabbru r-rebħa.
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea (1), B. Plumpton (1), M. Jokovic (1), M. Zammit (4), J. Bonavia (5), A. Younger (2), J. Abela (1), N. Zammit (6), D. Zammit, R. Caruana (2), G. Borg, G. Bonavia (1), N. Bonavia
Marsaxlokk: M. Farrugia, C. Cutajar (1), B. Zammit, M. Farrugia, N. Moskov (3), J. Valletta (2), M. Zammit (1), M. Aquilina, R. Galea, S. Misic (1), E. Bonnici (1), L. Mallia, M. Brimmer, G. Gatt, S. Mifsud
Referees: Richard Magri, Fabio Brasiliano
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 18
OTTERS NIVEA………………………. 7
(4-0), (6-0), (3-4), (5-3)
Birżebbuġa Freeport kisbu l-ewwel rebħa f’dan is-sajf f’konfront li fih iddominaw. Huma rnexxielhom jagħmlu ċert mir-rebħa sal-ewwel żewġ sessjonijiet, b’Otters jistejqru ftit fit-tieni parti tal-logħba.
Erbgħa gowls mingħajr risposta fl-ewwel sessjoni poġġew lil Birżebbuġa f’pożizzjoni tajba, bl-Ungeriż Balasz Erdelyi jiskorja doppjetta. Il-logħba kompliet fl-istess direzzjoni, bit-tim ta’ Pierre Borg jiskorja sitta oħra konsekuttivi għal 10-0. Peter Borg skorja tripletta fis-sessjoni.
Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, Birżebbuġa naqqsu ftit ir-ritmu tagħhom, b’Otters tal-anqas jirnexxilhom mhux biss isibu x-xibka imma tal-anqas rebħu s-sessjoni. Wara t-tieni gowl personali ta’ Luigi Dimech fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa reġgħu kabbru l-vantaġġ hekk kif ikkontrollaw l-aħħar sessjoni.
Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (4), N. Cassar, B. Grech (2), D. Brguljan (4), M. Manara, R. Spiteri, D. Cutajar, B. Erdelyi (5), K. Tanti (1), G. Mannino, M. Curmi, C. Borg (1), J. Sciberras (1)
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, D. Dimech, M. Meli, M. Jelaca, I. Azzopardi (1), S. Dimech, L. Dimech (2), J. Saric (1), M. Farrugia (1), A. Dimech, M. Grech, K. Micallef, A. Bianchi (1)
Referees: Massimo Angileri, Mattia Gomez
Logħob li jmiss
Grupp A
Marsaskala v Sirens 7.05pm
Exiles v Barracudas 8.10pm
Grupp B
Sliema v Ta’ Xbiex 6.00pm
//= $special ?>