Matul il-lejl li għadda komplew l-attakki mill-qawwiet Russi… b’attakk bil-missili li laqgħat lill-belt Ukrena Kryvyi Rih ħalla numru ta’ persuni mejta u oħra jsofru minn xi feriti.
L-attakk li qed ikun meqjus bħala wieħed mill-agħar attakki f’din iz-zona laqgħat diversi bini, fosthom blokka appartamenti ta’ ħames sulari. Bħalissa għaddejja tfittxija għall-persuni li jinsabu maqbuda taħt it-tifrik.
Il-belt milquta hi art twelid il-President Ukren, Volodymyr Zelensky. S’issa ġie konfermat li tliet persuni tilfu ħajjithom u 25 oħra sofrew minn xi ġrieħi.
Dan l-attakk seħħ wara li kien konfermat li l-Ukrajna rnexxilha tieħu lura taħt idejha seba’ villaġġi li jinsabu fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-pajjiż.
//= $special ?>