Ilbieraħ, għall-ħabta tas-5:45pm, il-Pulizija ġiet infurmata li fl-inħawi ta’ Triq il-Għaxra ta’ Ottubru, 1942, f’Ta’ Sannat, Għawdex kienu inqatlu żewġt iklieb.
Il-Pulizija marret fil-post, fejn sabu żewġt iklieb tar-razza fox terrier mejta li possibilment kienu nqatlu b’tiri t’arma tan-nar. Immedjatament inbdew l-investigazzjonijiet mill-Pulizija filwaqt li l-klieb ġew elevati minn uffiċjali mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali.
Raġel ta’ 51 sena qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet filwaqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret inkjesta.
//= $special ?>