Lokali

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn gallarija fl-Imġarr

Żagħżugħ ta’ 28 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn gallarija ta’ residenza privata fl-Imġarr.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00am fi Triq il-Ħarruba hekk kif iż-żagħżugħ waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.