Raġel ta’ 41 sena mingħajr indirizz fiss ġie kundannat 21 xahar ħabs mill-Maġistrat Rachel Montebello wara li ammetta li x-xahar li għadda u dan ix-xahar wettaq diversi serqiet mill-inħawi tal-Gżira, Sliema u San Ġiljan. Jonathan Abela ikkonferma l-ammissjoni tiegħu wara li l-Qorti tagħtu opportunità jerġa jaħsibha minħabba li ammetta wkoll li sar reċidiv u għalhekk sentenza ta’ ħabs kienet waħda flokha fiċ-ċirkostanzi.
Abela li tressaq mill-Ispetturi Jonathan Ransley u Eman Hayman ammetta li bejn it-13 u l-14 ta’ Mejju ikkommetta serq ta’ diversi għodod minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira, liema ammont jeċċedi s-somma ta’ €4,000.. Ammetta wkoll li bejn il-15 u s-16 ta’ Mejju ukoll min sit ta’ kostruzzjoni – din id-darba ġewwa tas-Sliema seraq diversi għodod li l-valur tagħhom jaqbeż ukolj jaqbeż is-somma ta’ €4,000.
Ammetta wkoll li fis-7 ta’ Ġunju li għadda minn supermarket f’San Ġiljan seraq xorb alkoħoliku valur ta’ madwar €290 u oġġetti oħra. Finalment ammetta wkoll li fil-11 ta’ Ġunju li għadda għall-ħabta tat-3pm. minn supermarket ta’ l-istess katina, din id-darba ġewwa tas-Sliema kkommetta serq ta’ laħam valur ta’ €90 u oġġetti oħra. Għal Abela deheret l-avukat tal-għajnuna legali Maria Karlsson.
//= $special ?>