Lokali Parlament

Diskriminazzjoni favur negozjanti tal-qalba u kontra dawk ġenwini

Jerome Caruana Cilia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia sostna fil-parlament li qed issir diskrimianzzjoni favur negozjanti tal-qalba ta’ madwar il-gvern u kontra negozjanti ġenwini.

Jerome Caruana Cilia qal li l-PN hu favur it-tkattir tal-ġid fejn l-imprendituri għandhom rwol importanti. Il-PN hu kommessi li jnaqqas il-burokrazija u l-piżijiet żejda fuq in-negozjati għaliex jemmen f’politika li tinċentiva l-kummerċ.

Il-PN jemmen li għandu jkun hemm level playing field fin-negozju, partikolarment fil-kostruzzjoni u governanza fl-ippjanar. Hu inġust li l-gvern joħloq inġustizzja bejn negozji tal-qalba u l-bqija tan-negozji ġenwini.

Id-deputat Nazzjonalista qal li sidien ta’ negozji huma mħassba dwar dan l-aspett u sostna li dan qed jinħoloq mill-klikka żgħira Laburista li moħħha biss fil-poter. Dan qed iwassal biex kulħadd qed jitpoġġa fl-istess keffa, sostna Jerome Caruana Cilia, li kompla li l-kostruzzjoni tħaddem nies tas-sengħa.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pajjiż għandu jibża’ għas-settur tal-kostruzzjoni u sostna li kull deċiżjoni bla viżjoni mill-Awtorità tal-Ippjnar għandha tieqaf. F’ċertu deċiżjonijiet ma jkun hemm ebda ippjanar ħlief biex jinqdew nies tal-qalba; dawn id-deċiżjoniiet iridu jieqfu.

Jerome Caruana Cilia qal li l-awtoritajiet mhux jimxu ma’ kulħadd l-istess u kompla li għandu jkun hemm iktar infurzar biex l-affarijiet isiru kif suppost. Huq al li l-PN hu kontra kull abbuż u sostna li l-iżvilupp fil-pajjiż għandu jkun sostenibbli.