Internazzjonali

Il-Ġappun: Jinqatlu l-instructors waqt sparatura f’zona għat-taħriġ militari

Il-Ministeru tad-Difiża Ġappuniż qed jinvestiga inċident li fih tilfu ħajjithom żewġ instructors militari li kienu fi training range tal-Armata fiċ-ċentru tal-Ġappun.

L-instructors, it-tnejn suldati, mietu meta rekluta ġdid mal-Armata fetaħ in-nar fuqhom  — u fejn dritt wara spiċċa arrestat fuq suspett ta’ omiċidju premeditat.

Il-Pulizija qed tallega li r-rekluta spara tmien darbiet lejn l-instructors waqt it-taħriġ bl-armi fl-inħawi ta’ Gifu. Jidher ukoll li kien hemm anki l-midruba fl-inċident ta’ ‘live fire’, bl-uffiċjali Ġappuniżi jgħidu li m weġġgħu l-ebda ċivili.

Is-sessjoni tat-taħriġ partikulari kienet qed issir għall-membri ġodda mal-qawwiet Ġappuniżi, fost rapporti li r-rekluta kien ilu minn April jingħata t-taħriġ militari.

L-inċident ixxokkja bil-kbir lill-membri tal-Armata – bl-awtoritajiet militari tal-Ġappun, fl-aħħar sigħat, jissospendu t-taħriġ bl-armi u bl-isplussivi flimkien mal-live fire drills madwar il-pajjiż.