Internazzjonali

Il-Greċja: Għexieren ta’ immigranti jmutu waqt l-għarqa tad-dgħajsa

Mietu talanqas 60 immigrant, b’aktar minn 100 jittellgħu ħajjin mill-baħar wara li d-dgħajsa tas-sajd li kienu qed jivvjaġġaw biha nqalbet ‘il hinn min-nofsinar tal-Greċja,  L-inċident – lejn il-lbiċ ta’ Pylos —  hu l-agħar ta’ dan it-tip fil-Greċja mill-bidu tas-sena u bin-numru eżatt tal-passiġġieri fuq id-dgħajsa jibqa’ mhux magħruf.

L-aħħar rapporti qalu li d-dgħajsa kienet qed tivvjaġġa mill-Italja lejn il-Libja u li l-parti kbira tal-passiġġieri abbord kienu rġiel ta’ età pjuttost żgħira u li setgħu kienu ‘aktar minn 400’.

L-uffiċjali Griegi u l-kelliema għall-International Organization for Migration (IOM) qalu li ajruplan tal-Frontex ( l-aġenzija tal-Unjoni  Ewropea għall-ħarsien tal-fruntieri) kien lemaħ id-dgħajsa għall-ewwel darba waqt li kienet fl-ibħra internazzjonali – bl-immigranti ‘jirrifjutaw kull offerta ta’ għajnuna’.

Id-dgħajsa, intant, inqalbet  xi sigħat wara u fejn bdiet missjoni intensiva ta’ search and rescue fost l-irwiefen qawwija f’dik iz-zona ta’ baħar Dan ukoll fost sinjali li kien għad fadal ‘numru allarmanti ta’ immigranti nieqsa’