Tkompli tikber is-saga dwar l-allegazzjonijiet li ħarġu fil-konfront tal-id il-leminja tal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. B’Carmen Ciantar ftit tal-jiem ilu reġgħet appellat sabiex l-awtoritajiet iħaffu l-pass biex jaqbdu lil dawk li hi sejħet “forzi tad-dlamijiet” li qed jaħdmu kontra Chris Fearne. Saga li qed tkompli turi l-qasma li hemm fi ħdan il-Partit Laburista.
L-Erbgħa, Net News staqsa lis-Segratarju Parlamentari Alicia Bugeja Said jekk taqbilx ma’ dak li qalet Carmen Ciantar – bid-Deputat Laburista spiċċat tfarfar, filwaqt li ħarbet mid-domandi ta’ dan l-istazzjon.
Jekk dan huwa verament frame-up kif qed issostni Carmen Ciantar, s’issa l-Partit Laburista għadu ma ħareġ ebda stqarrija sabiex jiddefendi lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. B’Alicia Bugeja Said fl-ebda ħin ma ċaħdet li sar frame-up fil-konfont tad-Deputat Mexxej Laburista.
Ġimgħatejn ilu Carmen Ciantar, l-id il-leminija tal-Ministru għas-Saħħa kellha tissospendi lilha nfsiha minn Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi wara li gazzetta fil-Pakistan irrapportat allegat tixħim … bejna u bejn kumpanija qrib Vitals Global Healthcare.
Ciantar qed tibqa’ tinsisti li spiċċat vittma ta’ kampanja maħmuġa biex tkisser ir-reputazzjoni tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
Mistoqsija mit-Times dwar min taħseb li hemm wara dan l-allegat frame-up, Carmen Ciantar irrifjutat li tipponta swaba lejn xi ħadd; iżda appellat lil Qrati, lill-Pulizija u lill-ġurnalisti sabiex toħroġ il-verità.
Fl-aħħar jiem Carmen Ciantar kitbet darbtejn lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà sabiex jinvestiga l-każ u appellat lill-Maġistrat Gabriella Vella sabiex tisma’ x-xhieda tagħha b’rabta mad-deals ta’ Vitals u Steward. Madanakollu s’issa għadu ma kellimha ħadd – dan ifisser li wara tali allegazzjonijiet gravi…il-Pulizija għadhom lanqas biss avviċinawha.
L-awtur Mark Camlleri minn naha tieghu qed jallega li wara dawn l-istejjer hemm l-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien ma dawk li Camilleri jsejjaħ soċji kriminali.
//= $special ?>