Il-Malta Football Association ippublikat l-informazzjoni kollha li wieħed għandu jkun jaf rigward il-logħba tant mistennija li t-tim nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab nhar il-Ġimgħa kontra l-Ingilterra, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO 2024.
Ftuħ tal-Istadium Nazzjonali
- Il-bibien jinfetħu fis-6pm
- Is-South End Core se tkun qed torganizza Fan Zone fit-Ta’ Qali National Park mill-5pm ‘il quddiem.
Trasport Pubbliku għal u mill-istadium
Rotta | Tluq |
Mill-Belt Valletta għall-Istadium Nazzjonali | 6:15pm, 6:45pm, 7:15pm, 7:25pm, 7:35pm |
Pembroke Park & Ride għall-Istadium Nazzjonali | 7pm, 7:20pm |
Rotti żejda 202 minn tas-Sliema | 6pm, 7pm, 7:15pm |
Stadium Nazzjonali għall-Valletta | 11:10pm, 11:25pm |
Stadium Nazzjonali għall-Pembroke | 11:10pm, 11:25pm |
Stadium Nazzjonali għal tas-Sliema | 11:10pm, 11:20pm, 11:30pm |
Stadium Nazzjonali għal Bugibba | 11:10pm, 11:30pm |
Stadium Nazzjonali għal Birzebbuga | 11:10pm, 11:30pm |
Aċċeess mit-toroq għall-Istadium Nazzjonali
- Id-dawra kollha tal-Istadium Nazzjonali se tkun magħluqa l-ġurnata kollha mill-Ġimgħa filgħodu kmieni.
- Aċċess bil-karozza għall-istadium huwa possibli mis-Central Link (Attard – Rabat) – Triq Durumblat u Attard (In-naħa tal-Pitkalija)
- Dawk lil-persuni li għandom Blue Badge jistgħu jużaw il-parkeġġi maħsuba apposta għalihom. Il-MFA se tkun qed taħseb għal spazji addizzjonali għal dawk il-persuni li jużaw wheelchair u li għandhom biljett tal-logħba. Dawk li jixtiequ dan is-servizz jistgħu jibgħatu email fuq: tickets@mfa.com.mt
Parkeġġ
- Il-vetturi se jkunu jistgħu jipparkjaw fil-parkeġġi miftuħa għall-pubbliku ġenerali.
- Trasport tan-Nurseries huma mitluba jipparkjaw fil-parkeġġ riservat quddiem il-BOV Adventure Park.

Informazzjoni Importanti:
- L-istadium huwa SOLD OUT u l-ebda biljett mhu se jkun qed jinbiegħ dakinhar tal-logħba
- L-ispettaturi għandom jiżguraw li l-biljetti li għandom, inxtraw mill-Malta FA. Numru ta’ profili foloz fuq il-midja soċjali kienu qed ibiegħu biljetti li jistgħu ma jkunux validi
- Il-biljetti kollha se jkunu qed jiġu skenjati fil-bieb u ġaladarba l-biljett jiġi skenjat ma jkunx jista jerġa jiġi użat.
- Il-partitarji huma mitluba jaslu fl-istadium kemm jista jkun kmieni filwaqt li jsibu s-sezzjoni u s-seat li huma allokati fih.
- Il-West Stand biss għandha n-numri fuq is-seats. Row A tibda minn fuq nett u l-ittri jibqgħu nieżlin f’ordni alfabetika.
- Fil-West C se jkun hemm uffiċju tal-Customer Care iddedikat għal dawk li jkollhom bżonn xi tip ta’ għajnuna jew mistoqsija.
- Fil-West C l-MFA ħasbet biex tipprovdi post fejn dak li jkun jista jżomm xi basktijiet jew oġġetti ta’ valur f’post ta’ sigurtà waqt il-logħba.
- Kulħadd huwa mħeġġeġ isegwi sinjali u direzzjonijiet mogħtija minn stewards u staff tal-istadium
- L-ispettaturi għandhom jinnotaw li ż-żona bejn in-North Stand u ċ-Centenary Stadium hija barra mil-limiti għall-partitarji lokali u hija aċċessibbli biss għall-partitarji Ingliżi.
- L-ebda alkoħol mhu se jinbiegħ fl-istand allokat lill-partitarji tal-away (North Stand) biss.
- L-ebda Supporters li jilbsu flokkijiet tat-tim tal-away (l-Ingilterra), jew xalpi u/jew bnadar ma huma permessi fis-South Stand.
Tfitixijiet ta’ sigurtà
Il-pulizija se tkun qed tagħmel tfitxijiet fuq il-partitarji qabel id-dħul fl-istadium biex tiżgura li:
- Partitarji jidħlu fil-parti allokata u indikata fuq il-biljett tagħhom.
- Partitarji ma jdaħħlux magħhom oġġetti/sustanzi li jistgħu ikunu ta’ użu għal vjolenza, alkoħol jew kwalunkwe logħob tan-nar
- Dawk il-persuni li jkunu nnotati li jinsabu taħt l-effett eċċessiv tal-alkaħol jew li jkunu taħt l-effett tad-droga mhux se jkunu qed jitħallew jidħlu fl-istadium.
- Filwaqt li l-partitarji huma mħeġġa li jxejjru l-bnadar ta’ Malta, kwalunkwe bnadar jew xalpi li jkunu ta’ offiża jew perikolużi mhux se jkunu permessi.
Il-programm uffiċjali tal-partita (Official matchday programme)
- Il-programm uffiċjali tal-partita se jkun jista jiġi akkwistat mill-entraturi tal-istadiums kif ukoll mill-Fan Zone
Fl-aħħar nett il-MFA saħqet li tifhem li din hija partita differenti mill-partiti l-oħra home tat-tim nazzjonali u kull minn għandu jew isib xi problema jista jibgħat email fuq tickets@mfa.com.mt bis-suġġett ikun ‘England Home match 2023′ sabiex din l-eMAIL tkun tindika prijorità. Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq il-helpline +356 2338 6251