Il-Parlament Ewropew approva abbozz ta’ liġi biex tiġi rregolata l-intelliġenza artifiċjali, f’pass mingħajr preċedent madwar id-dinja. L-għan wara din il-liġi hu biex jiġu limitati ir-riskji li jistgħu jinħolqu mit-teknoloġija li qed tiġi zviluppata b’mod mgħaġġel.
F’sessjoni plenarja immexxija mill-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola, l-MEPs taw vot b’saħħtu favur dawn ir-regoli. Il-vot tal-lum joffri direzzjoni għad-diskussjonijiet li jridu jsiru bejn il-Parlament, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew.
L-abbozz ta’ liġi jinkludi projbizzjoni ta’ uzu minn tagħmir elettoriku li bih in-nies jistgħu jiġu solverjati, kif ukoll biex dawk li joħolqu programmi ta’ intelliġenza artifiċjali jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-programmi uzati.
F’konferenza tal-aħbarijiet wara li ttieħed il-vot, il-President Metsola qalet li l-liġi hi ffukata fuq il-ħarsien tal-bniedem. Filwaqt li bdiet billi tat definizzjoni ta’ xi tfisser AI, izda kompliet li l-ebda teknoloġija m’għandha is-seta’ li tirraprezenta l-emozzjonijiet, ir-rieda u l-ġudizzju tagħna l-bnedmin.
“There are many things that cannot be digitalised: emotions, will, and judgment. All this belongs to us, and this House has the ability to set the tone worldwide. This is all about Europe taking the lead. And we do it our way. Responsibly,” qalet Roberta Metsola il-President tal-Parlament Ewropew,
Il-vot tal-lum se jservi ta’ direzzjoni biex jiskattaw id-diskussjonijiet bejn il-Parlament, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew. Il-President Metsola qalet li wara l-vot tal-lum, l-għan hu li l-liġi tidħol fis-seħħ sal-aħħar tas-sena.
//= $special ?>