Ġurnata ta’ luttu nazzjonali fl-Italja hekk kif illum fit-3pm, se tingħata l-aħħar tislima lill-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi – funeral statali li se jsir fid-Duomo ta’ Milan.
Għall-funeral mistennija jattendu diversi personalitajiet u dinjitarji minn madwar id-dinja: fosthom l-Emir tal-Qatar, il-PM Ungeriż Victor Orban u l-President tal-PPE Manfred Weber. Se jattendu wkoll il-President tal-Italja Sergio Mattarella kif ukoll il-Prim Ministru Giorgia Meloni.
Fid-duomo ta’ Milan mistennija jattendu mal-2,000 persuna għall-funeral; għalkemm fil-pjazza intramaw żewġ screens kbar sabiex il-folla tkun tista’ ssegwi.
Berlusconi miet nhar it-Tnejn li għadda kaġun ta’ lukemia. Hu kellu 86 sena. Il-pajjiż illum qed josserva ġurnata ta’ luttu nazzjonali.
//= $special ?>