Futbol Sport

Imut John Hollins, eks plejer u manager ta’ Chelsea

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer u manager ta’ Chelsea John Hollins fl-eta’ ta’ 76 sena. Il-mewt tiegħu tħabbret minn Chelsea fejn Hollins kellu kważi 600 dehra bħala plejer mal-klabb, u skorja 64 darba matul iż-żewġ perjodi tiegħu fi Stamford Bridge bejn l-1963 u l-1975 u fl-1983/84.

Hollins nħatar bħala manager fl-1985, kariga li żamm għal tliet snin. Hollins, rebbieħ darbtejn tal-unur ta’ Plejer tas-Sena tal-klabb, kien prodott mis-settur taż-żgħażagħ ta’ Chelsea u ddebutta mal-ewwel tim fl-età ta’ 17-il sena. Ma’ Chelsea rebaħ l-FA Cup fl-1969-70, sena wara l-Cup Winners Cup u League Cup fl-1964-65 matul l-ewwel perjodu tiegħu fil-klabb. Huwa ħalla l-klabb fl-1975 meta ingħaqad ma’ QPR sal-1979, ma’ Arsenal sal-1983 u rritorna fl-1983-84 biex għenhom jiksbu promozzjoni mit-tieni diviżjoni.

Lagħab darba mat-tim Nazzjonali Ingliż fl-1967 kontra Spanja. B’592 partita ma’ Chelsea, Hollins jinsab fil-ħames post fil-lista tad-dehriet ta’ kull żmien ta’ Chelsea wara John Terry, Frank Lampard, Ron Harris u Peter Bonetti. Wara Chelsea huwa mexxa wkoll Swansea City, li magħhom rebaħ it-titlu tar-raba’ diviżjoni fl-2000, Rochdale, Raith, Stockport, Crawley u Weymouth.