Mietu ‘il fuq minn 100, b’għexieren oħra jkunu rappurtati nieqsa wara li dgħajsa li kienu qed jivvjaġġaw biha nqalbet fix-Xmara Niġer – fil-lbiċ tan-Niġerja. Ingħad li fuq id-dgħajsa kien hemm aktar minn 300 persuna li kienu qed jivvjaġġaw mill-Istat ta’ Kwara lejn l-Istat tan-Niġer wara li attendew ċerimonja taż-żwieġ.
It-tfittxija għall-vittmi għadha għaddejja, b’kollox jindika li l-iskwadri għall-emerġenzi qed itellgħu aktar mejtin mill-baħar.
L-awtoritajiet fl-Istat ta’ Kwara ma eskludewx li l-ammont ‘finali’ tal-mejtin jaqbeż sew il-150 waqt li qalu li l-inċident seħħ meta l-kurrenti tal-ilma mexxew id-dgħajsa direttament għal ġo siġra maqlugħa mill-għeruq u li spiċċat fix-xmara, b’konsegwenza li din inqalbet u għerqet – flimkien ma’ għexieren ta’ passiġġiera.
//= $special ?>