Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament li l-PN qed jipproponi titjib fir-regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti bl-iskop li l-poċess ikun ċar, trasparenti u ta’ governanza tajba.
Fid-dibattitu parlamentari li ddistuta mozzjoni tal-Oppożizzjoni li tipproponi emenda għall-Avviż Legali li jemenda ir-Regoli dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Żvilupp Eżistenti, Stanley Zammit qal li tul iż-żmien saru żbalji fl-ippjanar u llum il-pajjiż qed ibati l-konswgwenzi; il-poplu hu preokkupati dwar l-ambjent. Għalhekk il-proċess ta’ regolarizzazzjoni għandu jkun sewwa u ġust.
Jeżistu sidien li għandhom propjetajiet li ma jistgħux ibiegħuha jew jakkwistaw self bankarju propju minħabba illegalità li seħħet qabel l-2016. Fost dawn ikun hemm werrieta li jkunu wirtu l-propjetà iżda ma jkunux jistgħu jaqsmu għaliex parti mill-propjetà tkun irregolari.
Hemm anki każi li s-sidien għadhom ma ndunawx bl-irregolaritajiet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li hemm irregolaritajiet li saru bla intenzjoni waqt li oħrajn saru konxjament.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN qed jipproponi li permezz tal-Kumitat għall-Ambjent, l-Awtorità tal-Ippjanar tkun tista’ tressaq lill-parlament il-policies u kriterji għal fejn u liema tip ta’ żvilupp jista’ jkun regolarizzat biex il-proċess ikun trasparenti. Dan biex ikun aċċertat li dan l-avviż legali ma jintużaw bħala skuża biex jiġu kkonfermati atroċitajiet li saru fl-iżvilupp jew biex ikunu ġustifikati l-irregolaritajiet.
Stanley Zammit kompla li hu tajjeb li jkun ċar fejn iridu jsiru l-applikazzjonijiet u li d-diskussjonijiet isiru qabel fil-Kumitat tal-Kamra biex isiru l-konsiderazzjonijiet ta’ dawk kollha interessati inkluż l-għaqdiet ambjentali.
Hu enfażizza l-importanza li jkunu identifikati fejn ikunu jistgħu jsiru r-regolarizzazzjonijiet. Wasal iż-żmien li l-pajjiż ma jibqax isir l-iżvilupp bħala l-attività li trid issir akkost ta’ kollox. Jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet għal dawk li għandhom dwn il-problemi iżda l-PN ma jaqbilx ma jiġi miftuħa beraħ li tista’ tkun interpetata b’iktar minn mod wieħed.
//= $special ?>