Ftit tal-jiem ilu, il-Ministru Miriam Dalli flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Steve Ellul inawguraw Ġnien iż-Żgħażagħ fil-Gudja… ġnien li diġà kien inawgurat fl-2018.
Skont il-Ministru Dalli, din kienet żona mitluqa u kien il-Gvern Laburista li bidilha fi ġnien. Iżda li nesiet tgħid Miriam Dalli hu li Ġnien iż-Żgħażagħ kien proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ, li ġie miftuħ minn Silvio Parnis u Mario Calleja fis-6 ta’ Ġunju 2018.
Kulma għamlu l-Ministru Miriam Dalli u Steve Ellul, kien li qalgħu l-lapida li kienet tfakkar il-ftuħ ta’ dan il-ġnien u ħbewha lura, ħawlu 4 fjuri, u pruvaw jieħdu l-mertu kollu huma.
//= $special ?>