Sport Sport Ieħor

Sparar: Eugenio Borg jirbaħ il-Masters Cup Trap Competition

Eugenio Borg huwa r-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni Masters Cup Trap li saret fil-Malta National Shooting Ranges, is-Siġġiewi

Din il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti f’75 plattina fil-fażi ta’ kwalifika u 25 plattina fil-finali, li riedu jintlaqtu b’tir wieħed.

Paul Gatt u John Marmara spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Riżultat Overall:

Eugenio Borg 19/25
Paul Gatt 18/25 +1 shoot-off
John Marmara 18/25 +0 shoot-off
Joseph Cardona 16/25
George Grech 16/25
Raymond Micallef 13/25

Ir-rebbieħa fil-klassi tagħhom kienu:

Klassi B:
1. John Marmara
2. Eugenio Borg
3. Nazzareno Attard

Klassi C:
1. Joseph Cardona
2. Paul Gatt
3. George Grech

Il-kompetizzjoni trap li jmiss hija l-Malta Open Grand Prix li se tkun qed issir bejn is-17 u t-18 ta’ Ġunju, fil-Malta National Shooting Ranges, is-Siġġiewi.