Sport Sport Ieħor

15-il atleta Malti impenjati fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Powerlifting li qed isiru f’Malta

Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Powerlifting qed isiru hawn Malta u qed ikunu organizzati mill-Malta Powerlifting u Madletiks.

Il-Powerlifting jiġbor fih tlett dixxiplini , squat, bench press u deadlift bil-partecipanti klassifikati skond il-piż u kategorija rispettiva.

F’dawk il-kampjonati Malta hija rappreżentata minn 8 parteċipanti nisa u 7 parteċipanti rġiel mifruża f’kategoriji differenti b’kull parteċipant intitolat għal tlett refgħat.

Fl-ewwel ġranet kienet fl-azzjoni Shanel Mallia fil-kategorija 52 kilogram fejn kisbet erba’ records nazzjonali b’112.5 kilo fi squat, 62.5 kilo fil-bench press u 127 kilo deadlift għal total ta’ 302.5 kilo.

Matteo Aquilina fil-kategorija 66 kilo għamel 185 kilo fi squat. 112.5 kilo fil-bench press, u 215 kilo deadlift għal total ta’ 512.5 kilo

Lorna Cachia fil-kategorija 63 kilo għamlet 147.5 kilo squat , 65 kilo fil-bench press u 160 kilo fid-deadlift għal total ta’ 372.5 kilo.

Shawn Farrugia fil-kategorija 74 kilo għamel 212.5 kilo fi Squat, 142 kilo fil-bench press u 215 kilo fid-deadlift għal total ta’ 570 kilo